Juventus | One News

Notifiki

Poloz Champions League: Tispikka l-logħba bejn Juventus u Man. Utd

Hekk kif ilbieraħ filgħaxija telgħu l-poloz tal-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League, dalgħodu ħafna Maltin fuq il-postijiet tax-xogħol, pjazez u forsi f’xi kafeterija jew bar qamu jiddiskutu l-aktar konfronti li spikkaw.

Ħafna tkellmu dwar Grupp H għaliex fih hemm fost l-oħrajn Juventus u Manchester United. Minn qam jitkellem dwar il-grupp diffiċli li għandhom Liverpool, Grupp C,  li mar-reds hemm PSG u Napoli u minn tkellem dwar l-isfida iebsa li teżisti fi Grupp B għaliex fih iridu jilagħbu kontra xulxin Barcelona, Tottenham, PSV u Inter.

L-inkeja ma naqsitx u kull minn għandu għal qalbu xi tim partikolari, żgur li prova jiġbed saqajn il-kollega tiegħu jew dak li miegħu kien qed jieħu kafè.

Il-gruppi huma dawk:-

Grupp A – Atletico Madrid, Borussia Dortmund, Monaco, Club Bruge
Grupp B – Barcelona, Tottenham Hotspur, PSV Eindhoven, Inter
Grupp C – Paris St Germain, Napoli, Liverpool, Red Star Belgrade
Grupp D – Lokomotiv Moscow, Porto, Schalke, Galatasaray
Grupp E – Bayern Munich, Benfica, Ajax, AEK Athens
Grupp F – Manchester City, Shaktar Donetsk, Lyon, Hoffenheim
Grupp G – Real Madrid, Roma, CSKA Moscow, Viktoria Plzen
Grupp H – Juventus, Manchester United, Valencia, Young Boys

L-ewwel logħbiet jibdew fit-18 u d-19 ta’ Settembru.

Vidal se jiffirma ma’ Inter

Mil-midfielder Ċilen Arturo Vidal mistenni li jsir plejer ta’ Inter fis-sigħat li ġejjin.  Skont il-midja Taljana, intlaħaq ftehim bejn Bayern Munich u Inter bil-plejer mistenni li jiġi misluf għal staġun biex eventwalment jingħaqad b’mod permanenti ma’ Inter fl-istaġun ta’ wara.Aqra aktar

Rebħa kbira għal Juventus

Rebħa kbira għat-tim ta’ Juventus b’ sebgħa b’xejn kontra Sassuolo.

L-ewwel goal ġie skurjat minn Alex Sandro fid-9 minuta.

Il-goal fl-24 u s-27 minuta saru minn Sami Khedira, segwita minn goal ieħor li sar minn Miralem Pjanic.

Hatrick issiġilla r-rebħa kbira ta’ Juventus li sar minn Gonzalo Higuain fis-63, 74 u 83 minuta.

 

Kelba Maltija tkanta l-innu tal-Juventus

 

Kulħadd bit-tim tiegħu, anke kelba.

Dan il-filmat ħelu ttella’ fil-grupp tal-klabb: Juventus Club Malta Cuore Bianconero, fejn juri kelba tassew Juventina.

Bl-isem ta’ Micha, il-kelba tirrispondi billi tkompli mal-innu Juventin li sidtha Michelle Mercieca ddoqqilha.

Kwartieri ġodda, ikbar u totalment aċċessibbli għall-Juventini Maltin

Il-Juventini Maltin għandhom dar ġdida hekk kif din il-gimgha ġew inawgurati l-kwartieri ġodda tal-Juventus Club Cuore Bianconero, fi Triq Troubridge, fil-Marsa. Il-kwartieri ġodda huma ferm ikbar minn dawk li l-klabb kellu fl-Imrieħel, imma fuq kollox iġibu magħhom aċċessibiltà totali għal dawk bi problema ta’ mobiltà, anzjani jew ġenituri bi tfal żgħar. Hemm ukoll faċilitajiet għal ġenituri bi tfal żgħar bl-għan li kemm jista’ jkun il-kwartieri ġodda tal-klabb iservu wkoll bħala post għall-familja kollha.

Aqra aktar

JUVENTINI: ġejjin Iuliano u Amoruso!

Il-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975), wara ż-żjarat reċenti ta’ Birindelli, Ferrara, Davids u Trezeguet flimkien ma’ Luciano Moggi, ħabbru ż-żjara ta’ żewġ ex-players oħra għal qalb ħafna Juventini: Mark Iuliano u Nicola Amoruso.

Il-club qal li se jipprovdi aktar dettalji qrib April, meta ż-żewġ ex-players se jkunu hawn Malta. Qalu però li qed jiġu ppjanati attivitajiet fejn ikun hemm opportunitajiet diversi sabiex is-supporters Juventini lokali jiltaqgħu ma’ dawn il-personaġġi.

Aqra aktar

Juventini Maltin u l-Papa Franġisku

Is-supporters Maltin tal-Juventus se jiltaqgħu mal-Papa. Dan ħabbruh fis-sit uffiċjali tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975), kif tistgħu taraw hawn. Huma ħafna l-Maltin li sejrin jaraw il-logħba finali tal-Coppa Italia nhar is-Sibt li ġej. Ma nafux jekk it-talb hux ser iwassal għal xi forma ta’ vantaġġ għall-Bianconeri!

Screen Shot 2016-05-16 at 07.53.42

Send this to a friend