Justyne Caruana – Page 7 – One News

Notifiki

Seba’ offerti għall-operat tal-Fast Ferry bejn Malta u Għawdex

Il-Gozo Channel irċeviet seba’ proposti mingħand operaturi Maltin u barranin biex jissieħbu magħha fl-operat tas-servizz tal-Fast Ferry bejn Malta u Għawdex.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana spjegat kif il-ġimgħa li għaddiet, ingħalqet l-ewwel fażi tal-proċedura biex jinstab operatur tas-servizz; li se jkompli joffri aktar aċċessibilità bejn iż-żewġ gżejjer.

L-operatur li eventwalment se jintagħzel, se jissieħeb mal-kumpanija Gozo Channel biex jibda joffri dan is-servizz tat-trasport li se jkun issusidjat.

L-offerta tobbliga li min jieħu l-kuntratt joffri dan is-servizz ta’ ġarr tal-passiġġieri bejn il-Port tal-Imġarr u l-Port il-Kbira. Il-Ministru Justyne Caruana qalet:

 

Skont il-preliminary market research li għamlet il-Gozo Channel kien hemm seba’ operaturi li huma interessati fosthom dawk lokali anki internazzjonali u dan juri li hemm interess qawwi biex dawn l-operaturi jkunu partners mal-Gozo Channel għall-proġett tal-Fast Ferry biex ikunu jistgħu jissottomettu l—offerta tagħhom għat-tender.

Is-servizz tal-Fast Ferry mistenni jiffaċilita l-ħajja ta’ bosta Għawdxin li jaqsmu l-fliegu kuljum.

Minbarra l-aċċessibbiltà, l-istess servizz se jkun qed jagħti wkoll opportunità alternattiva ta’ ġarr ta’ passiġġieri.

Il-fast ferry mistennija jorbot mal-moll wara d-Dwana fil-Port il-Kbir biex il-passiġġieri jkunu jistgħu jagħmlu użu mil-lift tal-Barraka. Skont is-sejħa, il-prezz sussidjat għall-Għawdxin se jkun ta’ sitt ewro bir-ritorn.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li dan is-servizz flimkien mas-servizz tal-vapurti tal-Gozo Channel jawgura tajjeb għall-influss ta’ nies bejn iż-żewġ gżejjer.

 

L-influss ta’ nies li qed jiġu lejn Għawdex u allura rridu naraw prospetti oħrajn fosthom il-possibilita li jkun hemm ir-raba’ vapur li jkun jista’ wkoll joffri s-servizzi tiegħu.

Aktar postijiet storiċi rrestawrati f’Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana tħabbar proġett ta’ restawr ta’ żewġ siti storiċi fir-Rabat, Għawdex li huma l-Loġġja tal-Palju u wieħed mix-xelters li nsibu fiċ-Ċittadella.

Justyne Caruana qalet li l-Ministeru għal Għawdex kompla jtejjeb ir-rabtiet b’saħħithom li għandu mal-organizzazzjoni mhux governattiva, Wirt Għawdex, billi ġie iffirmat ftheim ta’ restaw ta’ dawn iz-żewġ siti storiċi fil-qalba tal-belt Għawdxija. Dan l-investiment ta’ aktar minn EUR 50,000 ser jerġa jagħti l-glorja li dawn is-siti li kienu abbandunati għal diversi snin.

Aqra aktar

Jingħata bidu għar-riġenerazzjoni tal-Fanal tal-Ġordan

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana, ħabbret li fil-ġranet li ġejjin ser jibda’ x-xogħol ta’ riġenerazzjoni fuq il-Fanal tal-Ġiordan fejn f’konferenza qalet li huwa dmir li nipproteġu l-patrimonju arkitettoniku u storiku ta’ pajjiżna u għalhekk qed ikun inkluż f’dan l-ewwel baġit tal-gvern. Dan ir-restawr se jkun maqsum f’diversi fażijiet b’fond ta’ madwar €200,000 li apparti r-restawr tal-binja, se jkun irrestawrat ukoll xi tgħammir u oġġetti mitluqa fis-sit.

Il-Fanal tal-Ġiordan hu ikona fil-gżira Għawdxija li beda jinbena fis-sena 1851 u sar funzjonabbli sentejn wara, waqt il-ħakma tal-Imperu Ingliż fuq il-gżejjer Maltin. Meta beda jaqdi l-funzjoni tiegħu, l-Fanal tal-Ġiordan kien mgħammar b’ 21 lampa taż-żejt li kienu jirriflettu fuq lentijiet kbar u li kienu jwaslu r-raġġi tad-dawl sa madwar 38 mil il-bogħod. Dan il-Fanal jinsab 161 metru fuq il-livell tal-baħar.

Preżentament, din il-binja qed tospita apparat ta’ moniteraġġ tal-arja li kien ġie installat mill-Universita ta’ Malta. Il-Ministru Caruana saħqet li l-Gvern qed jimmira li jkollna attrazzjoni turistika oħra ta’ valur f’Għawdex, anke minħabba s-sbuħija naturali tal-madwar. Dan jirriżulta fi spazju rikreattiv għall-familji.

Aktar minn €70,000 lil għaqdiet volontarji mill-Ministeru għal Għawdex

€70,000 ġew ippreżentati lil għaqdiet volontarji li kienu applikaw għall-għajnuna taħt l-iskema ‘Ministry for Gozo Non-Governmental Organisations Assistance Scheme’ mill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana.

Il-Ministru Caruana spjegat kif din l-iskema ġiet introdotta għall-ewwel darba f’Għawdex f’Lulju tas-sena l-oħra. “Din hi skema trasparenti u regolarizzata intiża biex tassisti lil għaqdiet volontarji li jkunu se jimplimentaw xi proġetti, avvenimenti u inizjattivi f’Għawdex”, qalet il-Ministru. “Kellna numru sostanzjali ta’ proposti li ġew sottomessi lill-Board tal-Għażla però finalment, kienu sittax il-għaqda li bbenefikaw minn massimu ta’ €5000. Dawn l-għaqdiet kienu jissodisfaw il-kriterji hekk kif stabilixxa kemm il-Board tal-Għażla, kif ukoll tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat”, kompliet tgħid il-Ministru Caruana.

Caruana ħeġġet lil dawk l-għaqdiet kollha li huma reġistrati bħala organizzazzjonijiet volontarji skont l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji (Kapitlu 492 tal-Liġiet ta’ Malta), biex jaħtfu l-opportunita u japplikaw taħt l-iskema l-ġdida li qed iniedi l-Ministeru għal Għawdex. L-applikazzjonijiet fetħu t-Tnejn, 29 ta’ Jannar, u jagħlqu l-Ġimgħa, 28 ta’ Frar 2018 f’nofsinhar. Kull applikazzjoni trid tirreferi għall-inizjattiva fil-qasam tal-volontarjat li għandha tiġi implimentata f’Għawdex, u li minnha tgawdi l-komunità Għawdxija. Għal aktar informazjoni wieħed jista’ jżur s-siti: https://www.vofunding.org.mt/funds/26 uwww.mgoz.gov.mt.

L-organizzazzjonijiet volontarji li rċevew il-fondi huma: Friends of the Earth Malta, The Eden and Razzett Foundation–Inspire, Friends of the Sick & the Elderly in Gozo (FSEG), Emergency Response and Rescue Corps, The Scout Association of Malta. Emergency Response and Rescue Corps, CADETS; Soċjetà Filarmonika La Stella, Munxar Falcons F.C. ; Għaqda Mużikali Viżitazzjoni, Soċjetà Filarmonika Santa Marija; Fondazzjoni Santa Ċeċilja A.D. 2013, Soċjetà Filarmonika Mnarja, Sezzjoni Żgħażagħ Pawlini Munxarin, Dar Ġużeppa Debono, Gozo Half Marathon u OASI Foundation.

Jitjiebu l-faċilitajiet tas-sajjieda Għawdxin

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ħabbret li se jseħħu xogħlijiet biex jitjiebu l-faċilitajiet tas-sajjieda Għawdxin fil-Port tal-Imġarr.

Ix-xogħlijiet marbuta maż-żona u li qed isiru b’kollaborazzjoni ma’ Transport Malta, se jikkonsistu fost l-oħrajn fit-tindif ta’ qiegħ il-baħar, f’xogħol fuq il-moll u fiż-żewġ slipways, fil-bdil tal-puntuni l-qodma kif ukoll fil-ħolqien ta’ postijiet għal irmiġġi ġodda. Dan jiffaċilita l-perkors tal-ilma mill-wied għall-Port tal-Imġarr u anke jservi ta’ kumdità għas-sajjieda biex jimmanuvraw l-opri tal-baħar tagħhom. Is-slipways se jsiru aktar aċċessibbli.

Fażi oħra mill-proġett se tikkonsisti fil-bdil tal-puntuni eżistenti li ma nbidlu qatt kemm ilhom li ġew installati. Se jiżdiedu wkoll l-ispazji tal-irmiġġi għas-sajjieda Għawdxin. Dan hekk kif preżentament hemm allokati 197 post u bir-riġenerazzjoni proposta l-ispazji se jitilgħu għal 254, żieda ta’ 57 post ġdid ta’ rmiġġ f’Għawdex.

Il-Ministru għal Għawdex qalet li dan il-proġett jitqies bħala prijorità tant li ġie nkluż fil-budget ta’ din il-leġiżlatura. Sostniet li din ir-riġenerazzjoni se żżid l-ammont ta’ rmiġġi preżenti. Hu stmat li l-prpett se laħħaq mal-4 miljun ewro.

 

 

Esplorat proġett ta’ ‘housing’ soċjali f’Għawdex

Meta tkellmet mill-perspettiva Għawdxija rigward il-housing, il-Ministru Justyne Caruana qalet li hemm ukoll cirkostanzi ta’ familji mifruda, nies vulnerabbli u anzjani li qed jgħixu f’residenzi li m’humiex aċċessibbli. Hemm ukoll ħafna barranin li jaħdmu Għawdex u jikru fejn jgħixu u jaffettwaw is-suq tal-kera.

Caruana qalet li bħala ministeru qed jesploraw proġett ta’ housing soċjali, b’investiment ta’ miljun ewro f’sit fejn qed jippjanaw appartamenti bi tliet kmamar tas-sodda.

Il-ministeru jgħin biex itejjeb l-ambjent.

Semmiet ukoll li l-kera li qed iħallsu studenti Għawdxin li jistudjaw Malta u l-miljun ewro li jingħataw f’sussidji, mhux biżżejjed biex jagħmlu tajjeb għal dawn il-kirjiet. Issa qed jitmexxa l-kunċett ta’ hostel għall-istudenti Għawdxin ħdejn l-Università ta’ Malta.

Delegazzjoni minn Palermo f’laqgħa mal-Ministru t’Għawdex

Fil-Ministeru għal Għawdex saret laqgħa bejn il-Ministru Justyne Caruana u delegazzjoni mill-Kunsill Lokali ta’ Palermo li kienu f’Malta fuq żjara uffiċjali. Waqt din il-laqgħa saret diskussjoni u skambju ta’ ideat dwar sfidi komuni kemm għal Għawdex, bħala gżira reġjun, kif ukoll għall-belt ta’ Palermo. Fost il-punti diskussi, fuq nett tal-aġenda kien hemm il-fatt li ż-żewġ lokalitajiet jistgħu jikkoperaw aktar ma’ xulxin f’dak li għandu x’jaqsam mal-aspett kummerċjali u kulturali.  Dan min barra li n-numru ta’ residenti u negozji Taljani, speċjalment Sqallin, kulma jmur qed jikber f’Għawdex, kif ukoll minħabba li l-aspett kulturali qed jingħata l-attenzjoni li jixraqlu.

Aqra aktar

Konsultazzjoni dwar il-proġett tax-Xewkija

Għadu kif ġie mniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-Pjazza tax-Xewkija mill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana fejn ġew ippreżentati d-disinni preliminari tal-proġett għall-kummenti u s-suġġerimenti tal-pubbliku.

“Dawn ix-xogħlijiet ilhom mistennija li jsiru u issa wasal iż-żmien li dan il-proġett jitwettaq, mhux biss biex ix-Xewkija u Għawdex ikollhom pjazza li tixraq, imma wkoll għaliex f’din il-pjazza hemm sfidi diversi u perikli oħra relatati mal-influss enormi ta’ traffiku li jirrikjedi mmaniġġjar tajjeb,” qalet il-Ministru Caruana.

Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti l-membri tal-Kunsill Lokali, l-istakeholders u l-kumitati tar-raħal, fejn flimkien mar-residenti, ġew diskussi l-proposta, il-kunċett, id-disinn u l-isfidi li jinvolvi dan il-misraħ. Dan il-proċess ta’ konsultazzjoni huwa mistenni li jiġi konkluż fl-aħħar ta’ Frar biex malli jitlesta, il-Ministeru għal Għawdex ikun jista’ jissottometti l-applikazzjonijiet tal-awtoritajiet ikkonċernati. Il-Ministru Justyne Caruana fakkret li matul dan ix-xahar se jibda wkoll il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-Pjazza ta’ San Franġisk, li tinsab fir-Rabat, Għawdex.

Il-Ministru Justyne Caruana qalet li l-Ministeru għal Għawdex matul din is-sena, se jkun qed jaħdem fuq diversi proġetti fix-Xewkija, fosthom fi Triq il-Knisja u Triq il-Ħamrija. Dawn iż-żewg toroq huma fost il-lista twila ta’ xogħlijiet infrastrutturali li se jsiru madwar Għawdex bħala parti minn ‘Proġett Għawdex’.

Iktar siġar f’Għawdex għal ambjent aħjar u ħajja iktar sana

Flimkien mal-amministraturi tas-Santwarju ta’ Pinu, l-Ministeru għal Għawdex imbarka fuq proġett ta’ afforestazzjoni tal-għolja t’Għammar li tiġi faċċata tas-Santwarju Nazzjonali ta’ Pinu u li huwa proprjetà tad-djoċesi t’Għawdex. Permezz ta’ dan il-proġett din l-għolja ser tigi afforestata b’siġar indiġeni biex ikompli jitkattar l-għarfien dwar il-veġetazzjoni tipika Għawdxija u fl-istess waqt ikun mezz biex dawk li jkunu fostna ikunu jistgħu jiksbu l-informazzjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend