junker | One News

Notifiki

Junker: Ir-riħ reġa jinsab favur l-Ewropa

“Ir-riħ reġa jinsab favur l-Ewropa” qal il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker fl-indirizz tiegħu tal-Istate of the Union.

Huwa qal lill-Parlament Ewropew li kien hemm tieqa ta’ opportunità biex tinbena unjoni iktar b’saħħitha u iktar magħquda.

Madanakollu qal li din it-tieqa ma kinitx se tibqa miftuħa għal dejjem. Juncker qal li l-Unjoni Ewropea għamlet avvanzi ekonomiċi fis-sena mindu huwa indirizza l-istess State of the Union.

Ma naqasx milli jagħmel referenza għal Brexit, fejn qal li bħala Unjoni se jiddispjaċiha ta’ dan, u żied jgħid li anke r-Renju Unit se jiddispjaċih ta’ dan.

Juncker sostna li l-Unjoni Ewropea se tibqa miexja ‘l quddiem għax Brexit mhix kollox u mhix il-futur tal-Ewropa.

Send this to a friend