junior college – One News

Notifiki

Studenti fil-Junior College qed jiġu mċaħda milli jivvutaw

Hekk kif illum għaddejja l-elezzjoni għall-Kunsill tal-Istudenti, fil-Junior College, bejn l-Għaqda tal-istudenti Pulse, u l-istudenti Demo-Kristjani Maltin, l-SDM, kien hemm rapporti minn studenti li l-Amministrazzjoni tal-Kulleġġ żammet milli jivvutaw xi studenti minħabba li dawn kellhom il-kard tal-istudenti tagħhom ftit imqatta’.

Aqra aktar

Tlett studenti interrogati mill-pulizija dwar użu minn sustanzi projbiti fil-Junior College

L-awtoritajiet tal-kulleġġ Ġan Franġisk Abela (Junior College) wara li waslulhom rapporti li xi studenti setgħu kienu qed jagħmlu użu minn sustanzi projbiti fil-konfini tal-kulleġġ, mill-ewwel ħadu azzjoni u ġiet infurmata l-pulizija li ssejħet fuq il-post.

Jirriżulta li grupp ta’ tlett studenti ttieħed mill-pulizija għall-interrogazzjoni.  Filwaqt li l-awtoritajiet tal-Junior College qed jistennew aktar informazzjoni mill-pulizija, din tista’ twassal biex jittieħdu passi dixxiplinarji kontra l-istudenti.

Fl-istqarrija, l-awtoritajiet tal-Junior College saħqu li huma kommessi li joffru ambjent san lil kwazi elfejn student li jagħżlu li jkomplu bl-istudju tagħhom post-sekondarju f’dan il-kulleġġ u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex l-ebda abbuż fl-imġieba tal-istudenti ma jiġi ttollerat. Fakkru li l-istudenti kollha li jidħlu fil-binja tal-Junior College iridu juru l-istudent card li tinħareġ mill-awtoritajiet tal-kulleġġ lil kull student reġistrat.

FILMAT: L-istudenti b’deċiżjoni importanti għall-futur tagħhom

Wara l-eċitament u t-tensjoni matul l-eżamijiet tal-o-levels u waqt l-istennija għar-riżultati issa l-istudenti għandhom quddiemhom deċiżjoni importanti – dik li se tiddetermina fejn se jkomplu l-istudji tagħhom. Deċiżjoni li llum ġew aktar infurmati dwarha fl-Università ta’ Malta hekk kif saru sessjonijiet ta’ tagħrif għal studenti prospettivi tal-Junior College.

Aqra aktar

Studenta tal-Junior College tirbaħ kompetizzjoni Ewropea

Abigail Callus, studenta tal-Junior College G.F. Abela hija r-rebbieħa Maltija tal-kompetizzjoni tat-traduzzjoni 2016-2017 għall-iskola “Juvenes Translatores. Flimkien ma’ 27 rebbieħa oħra minn kull Stat Membru, se tmur Brussell biex tiġbor il-premju għall-aqwa traduzzjoni fis-6 ta’ April 2017

Dakinhar ir-rebbieħa se jiġbru t-trofej tagħhom mingħand il-Kummissarju responsabbli għall-Baġit u r-Riżorsi Umani, Günther Oettinger.

“Prosit lir-rebbieħa tal-għaxar edizzjoni ta’ din il-kompetizzjoni. Il-ġenituri u l-għalliema tagħkom għandhom għax ikunu tassew kburin bil-kisba tagħkom. Nixtieq nifirħilkom talli lqajtu l-isfida u wrejtu talent daqshekk promettenti. Il-lingwi jiftħu l-imħuħ u jegħlbu l-ostakli. Jgħinuna nifhmu popli u kulturi oħrajn. Nifraħ lir-rebbieħa li wrew kreattività u talent fl-24 lingwa tal-UE. Nawguralkom ilkoll!”, qal il-Kummissarju Günther Oettinger.

Aqra aktar

Miljun aktar fis-sena għall-Junior College

Il-Gvern qed jalokka miljun aktar fis-sena għall-Junior College. Dan jippermetti proġetti ta’ tisbih fill-kulleġġ.
Dalgħodu d-deputat mexxej Chris Cardona flimkien mal-amministrazzjoni tal-Partit Laburista żaru l-kulleġġ. Hemmhekk tkellmu mal-studenti dwar l-esperjenza tagħhom fil-Junior College u dwar il-ħsibijiet tagħhom għall-futur. Il-Prinċipal Paul Xuereb, tkellem dwar l-importanza li l-Kulleġġ joffri ambjent mill-isbaħ u l-ogħla livell ta’ edukazzjoni lill-istudenti.

Aqra aktar

Send this to a friend