Bil-għan li jitnaqqas ir-riskju ta’ inċidenti f’żona fejn jiltaqgħu numru ta’ toroq differenti, l-Aġenzija Infrastruttura Malta bdiet proġett ta’ miljun ewro fi Vjal il-Labour fin-Naxxar. Dan il-proġett se jara l-bini ta’ roundabout biex ittejjeb il-konnessjoni bejn Vjal il-Labour minn u lejn in-Naxxar, it-triq li tagħti għal Santa Margerita, il-Mosta, u l-inħawi residenzjali tan-Naxxar.
Permezz ta’ din il-junction ġdida, se jonqos ir-riskju ta’ aċċidenti bejn dawk li jkunu ħerġin jew deħlin f’dawn it-toroq residenzjali u arterjali. Fl-istess ħin Infrastruttura Malta se taħdem ukoll fuq il-bini ta’ tliet żebra crossings, passaġġi u bankini ġodda għall-mixi, sistema ġdida ta’ dwal, u anke pajsaġġ b’siġar ġodda.Aqra aktar