Juncker | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: “Se nitilfu alleat” – Il-PM wara s-summit dwar BREXIT

Il-mexxejja Ewropej approvaw l-ftehim dwar Brexit li mistenni jara lir-Renju Unit jinħall minn mal-Unjoni Ewropea f’Marzu li ġej. Ftit tal-minuti wara li l-mexxejja Ewropej laħqu dan il-qbil, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li bi Brexit, Malta se tkun qed titlef alleat fl-Unjoni Ewropea. Huwa sostna li “madwar il-mejda se nitilfu alleat li matul iż-żmien kemm ilna fl-Unjoni Ewropea dejjem konna fl-istess paġna fuq ħafna affarijiet speċjalment fin-naħa finanzjarja u ekonomika.”

Fi Brussell, Dr. Muscat irrimarka wkoll li l-approvazzjoni kollettiva ta’ dan il-ftehim hija turija ta’ għaqda. Fisser li permezz ta’ dan il-ftehim, oqsma ta’ koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi bħal dak tas-saħħa mhux se jiġu affetwati. Fid-dawl li sa ftit tal-jiem qabel, kien hemm tħassib dwar il-ftehim wara li Spanja ressqet l-oġġezzjonijiet tagħha minħabba Ġibiltà, il-Prim Ministru rrimarka għal maturità li biha mxew il-mexxejja kollha tal-istati membri. Dwar dan il-Prim Ministru qal li “in-negozjati saru fuq medda ferm itwal u llum kien ċar li ġejna hawnekk mhux biex ninnegozjaw iżda biex nikkonkludu”.Aqra aktar

Diffikultajiet għal Għawdex biex jibbenefika mill-pjan ta’ investiment ta’ Juncker – Alfred Sant

Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew qal li l-verita` hi li bir-regoli attwali, il-gżejjer tal-UE bħal Għawdex ma għandhomx ċans jibbenefikaw mill-pjan ta’ investiment ta’ Juncker. Dr Alfred Sant qal li huwa essenzjali li r-rekwiżiti tar-reġjuni fil-periferija, speċjalment tal-gżejjer żgħar bħal Għawdex, jiddaħħlu fl-ippjanar ta’ programmi ta’ finanzjament tal-UE. Dr Sant qal li żoni insulari tal-UE qed jaffaċċjaw diffikultajiet kbar meta jipprovaw jiksbu aċċess għal finanzjament tal-UE, aħseb u ara jassorbuhom. Dawn id-diffikultajiet mhumiex minħabba raġunijiet nazzjonali, iżda minħabba l-mod kif inhuma mfasslin il-programmi tal-UE.

Aqra aktar

L-aħħar wieħed ta’ Juncker

Il-President tal-KE għandu quddiemu State of The Union fi żmien ta’ sfidi kbar…

Nhar l-Erbgħa li ġej il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker se jkun qed jagħmel diskors magħruf bħala State of The Union. Diskors maħsub biex il-President tal-Kummissjoni Ewropea jitkellem fuq l-istrateġija u l-viżjoni għaż-żmien li ġej. Din id-darba d-diskors se jsir fi żmien mhux faċli għall-Unjoni Ewropea u jista’ jkun ukoll wieħed mill-mumenti li jiddefinixxi lil Jean Claude Juncker u t-tmexxija tiegħu hekk kif dan hu l-aħħar wieħed. Huwa wkoll diskors qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tas-sena d-dieħla li fuq livell Ewropew mistennija jibagħtu messaġġ ta’ x’direzzjoni jridu ċ-ċittadini tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. It-tema tas-sena l-oħra kienet “Iktar Magħqudin, B’saħħitna u Unjoni Iktar Demokratika”.  F’dak id-diskors kien tkellem dwar kif l-Unjoni Ewropea tista’ tiżviluppa sal-2025.Aqra aktar

ARA: Juncker mhux sorpriż bil-konklużjoni Egrant

M’iniex sorpriż bl-eżitu tal-inkjesta dwar Egrant

Kliem il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker li mal-kamra tal-aħbarijiet tal-istazzjon nazzjonali qal li jħares ‘il quddiem biex ikompli jaħdem mal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Wara li l-aħbar li Egrant hija gidba ċċertifikata ġriet mal-erbat irjieħ tad-dinja permezz tal-mezzi tax-xandir, komplew jitkellmu wkoll il-politiċi.

Kelliema għal Juncker żiedet tgħid li l-President tal-Kummissjoni Ewropea iħares ‘il quddiem li jkompli jaħdem mal-ħabib tiegħu, Joseph Muscat.

Il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej ukoll tkellem ukoll dwar l-inkjesta Egrant u filwaqt li qal li jilqa’ l-inkjesta żied li huwa ta’ tħassib u xokkanti li esperti internazzjonali sabu li kienu ffalsifikati d-dokumenti u l-firem biex sar l-attakk fuq il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Il-Presidenza mil-lenti ta’ ġurnalisti bbażati Brussell

 

Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea qed tkun analizzata minn għadd ta’ ġurnali barranin li fl-aħħar jiem taw il- verdett tagħhom dwar dak li nkiseb tul is-sitt xhur li Malta għamlet fit- tmun. Ż̇ewġ ġurnalisti influwenti bbażati Brussell li jaħdmu ma’ tnejn mill-iktar aġenziji importanti għar-rapportaġġ dwar dak kollu li għandu x’jaqsam mal- Unjoni Ewropea, kellhom opinjonijiet ċari ħafna dwar il-Presidenza Maltija.Aqra aktar

May ma tikkonvinċiex lil Juncker

L-isforzi biex jiġi assigurat il-futur taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jgħixu fir-Renju Unit huma “l-ewwel pass iżda mhux suffiċjenti.” Dan qalu l-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker b’reazzjoni għal dak li żvelat Theresa May dwar id-drittijiet ta’ ċittadini Ewropej li jgħixu fir-Renju Unit.

Aqra aktar

“Din ir-rebħa hija riżultat tat-tmexxija ta’ Joseph Muscat” – Jean Claude Juncker

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker feraħ lill-Prim Ministru Joseph Muscat għar-rebħa elettorali. Huwa qal li din ir-rebħa hija riżultat tat-tmexxija ta’ Joseph Muscat tul l-aħħar snin.

Dan qalu fuq Twitter fejn, Junker poġġa ukoll l-ittra mibgħuta lill-Mexxej Laburista mat-tħabbira tar-rebħa. Ittra li fiha hemm miktub li l-Kummissjoni Ewropea qed tħares ‘il quddiem biex tkompli taħdem ma’ Gvern Laburista.

Huwa temm jgħid “Fuq livell personali ninsab kuntent ħafna li se nkunu qed nkomplu naħdmu u nikkollaboraw flimkien”.

Aqra aktar

Send this to a friend