julia farrugia portelli | One News

Notifiki

‘Il-Mixja tal-Mara fil-Politika’ wirja f’Għawdex: Il-Kummissjoni Ewropea tapprova fondi għall-proġett b’rabta ma’ aktar nisa fil-politika

Fil-messaġġ tagħha, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li l-mixja tal-mara fil-politika Maltija ma kinitx waħda faċli daqskemm wieħed jaħseb li hi. ‘Il-kunċett ta’ soċjetà inklussiva, li llum inqisuh sagru, kien għadu fjakk u meqjus bħala theddida għall-istatus quo li kien eradikat fil-moħħ u fil-ħajja tal-poplu’, qalet il-Ministru Caruana. Il-Ministru Caruana qalet li kien għalhekk li kienet meħtieġa riforma ħolistika fis-soċjetà, riforma li sabet oppożizzjoni qawwija. Il-Ministru għal Għawdex irrikonoxxiet fażijiet li sawwru l-istorja ta’ pajjiżna bħall-introduzjoni tad-dritt tal-vot lin-nisa fl-1947 u l-ħatra ta’ Agatha Barbara bħala l-ewwel President Mara fl-1982.

Aqra aktar

ARA: Malta u r-Renju Unit se jkomplu jsaħħu l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin

Kien issiġillat ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Għolja għar-Renju Unit biex tissaħħaħ il-ħidma konġunta bejn iż-żewġ pajjiżi fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin. Il-ftehim, li jorbot iż-żewġ pajjiżi għas-sentejn li ġejjin, se jassigura li tingħata l-għajnuna meħtieġa lill-awtoritajiet Maltin fit-tfassil ta’ Strateġija Nazzjonali kontra t-traffikar tal-bnedmin. Il-ftehim jipprovdi wkoll għat-tisħiħ ta’ mekkaniżmi biex jipproteġu lill-vittmi u taħriġ lill-ħaddiema ma’ persuni vulnerabbli li jiffaċċjaw riskji akbar li jiġu ttraffikati.

Aqra aktar

Titħajjar tadotta anzjan jew anzjana?

Tnediet l-inizzjattiva Adopt a Granny fil-Jasmin Nursing Home, l-Imsida, bil-għan li tonqos is-solitudni fost l-anzjani u jkun hemm aktar djalogu interġenerazzjonali bejn l-anzjani u t-tfal. Għaldaqstant, permezz ta’ din l-inizjattiva, il-pubbliku, b’mod partikolari t-tfal, qegħdin jiġu mħeġġa biex iżuru u jagħmlu kumpanija lill-anzjani residenti f’din id-dar li m’għandhomx familjari li jżuruhom. Dan kien inawgurat mis-Segretarji Parlamentari Anthony Agius Decelis u Julia Farrugia Portelli. Aqra aktar

Malta twitti t-triq fl-industrija tal-migrazzjoni b’investiment

Malta hi rinomata sew fl-industrija tar-residenza u taċ-ċittadinanza b’investiment. F’qasir żmien irnexxielha tistabbilixxi ruħha bħala l-aqwa awtorità fis-settur tal-migrazzjoni b’investiment. Fl-indirizz tagħha fil-ftuħ tat-tnax-il edizzjoni tal-Global Residence & Citizenship Conference organizzata minn Henley & Partners f’Dubai, is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli spjegat li Malta kienet proattiva u determinata fil-ħin opportun biex toħloq żewġ programmi li llum il-ġurnata kisbu tant suċċess.

Aqra aktar

Baġit 2019- għal għajxien aħjar għall-familji kollha

Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli qalet li l-baġit għas-sena d-dieħla jolqot b’mod pożittiv lil kull familja b’mod partikolari lill-ħaddiema bil-paga minimia.

F’konferenza tal-aħbarijiet dwar il-miżuri tal-baġit għas-sena d-dieħla, il-Ministru Dalli qalet kif permezz tal-mekkaniżmu li ddaħħal is-sena li għaddiet inħolqot kummissjoni li tevalwa s-sitwazzjoni ta’ għajxien tal-familji li jgħaddu b’paga minima. Aqra aktar

Tkompli l-ġlieda kontra t-traffikar tal-persuni

Fl-Università ta’ Malta dalgħodu qed tiġi organizzata konferenza dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tal-persuni. L-għan ta’ dan huwa sabiex ikunu mwieġba mistoqsijiet relatat ma’ dan it-traffikar ta’ tfal u adultati għall-esplojtazzjoni kummerċjali fil-qasam tal-prostituzzjoni.Aqra aktar

Jinħareġ l-400,000 passaport biometriku

Fil-jiem li għaddew l-Aġenzija Identity Malta ħarġet l-400,000 passaport lil ċittadini Maltin. Hu kkalkulat li sal-aħħar ta’ din is-sena kull passaport b’data valida jkun biometriku. Biex tfakkar dan il-mument sinifikanti, is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Julia Farrugia Portelli ppreżentat tifkira tal-okkażjoni lis-Sinjura Michelle Guisti li nzertat l-erba’ mitt elf persuna li applikat biex iġġedded jew tagħmel passaport ġdid.

Aqra aktar

Vot 16: id-deċiżjoni storika għal 5 ta’ Marzu

Approvat mill-istadju tat-tielet qari l-abbozz ta’ liġi li se jkun qed jemenda l-Kostituzzjoni u l-liġi elettorali ta’ pajjiżna biex l-età tal-votazzjoni tinżel minn 18-il sena għal 16-il sena.
Bid-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi, Malta se tkun it-tieni pajjiż fl-Unjoni Ewropea li se jkun qed jagħti dan id-dritt liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin biex jivvotaw f’kull elezzjoni li ssir f’pajjiżna. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li Gvern diġà ta d-dritt lil dawn iż-żgħażagħ biex jivvotaw fl-elezzjoni tal-kunsilli lokali li saru sentejn ilu.
Fi tweet, is-Segreraju Parlamentari Julia Farrugia Portelli laqgħet il-vot li ttieħed ilbieraħ filgħaxija u qalet li tinsab ħerqan għall-vot storiku li se jittieħed fil-ħamsa ta’ Marzu li ġej.

Ritratt: Gareth Degiorgio

IL-PN b’attakk fuq il-ħaddiema tal-Wasteserv

L-Opppożizzjoni Nazzjonalista qed tippersisti bl-attakk tagħha fuq il-ħaddiema tal-Wasteserv fejn minkejja ż-żieda fl-operat tal-istess Wasteserv, kelliema tal-Partit Nazzjonalista qed jibqgħu jgħidu li mal-kumpanija hemm ħaddiema żejda u li l-impjieg tagħhom huwa kapriċċ.

Dan il-messaġġ ħareġ l-iktar meta nhar it-Tlieta ltaqa’ l-kumitat dwar il-kontijiet pubbliċi fejn ġiet diskussa l-ittra ppreżentata mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista sabiex “jifli” is-sitwazzjoni ta’ ingaġġ ta’ ħadiema ġewwa l-kumpanija Wasteserv. Liema ittra kienet ġiet ippreżentata bl-għaġla, ġurnata biss wara li l-Gvern talab lil dan l-istess kumitat biex jinvestiga l-iskandlu ta’ Jason Azzopardi, dak tal-Fekruna u l-art ta’ Spinola.

Aqra aktar

Jingħalaq id-dibattitu tal-abbozz ta’ liġi għal Vot 16

Il-Parlament l-Erbgħa filgħaxija għalaq id-diskussjoni fit-tieni qari tal-abbozz ta’ liġi li jemenda l-Kostituzzjoni u diversi liġijiet dwar l-elezzjonijiet, imressaq mis-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni ta’ Proċessi Amministrattivi, Julia Farrugia Portelli.

L-abbozz jibdel il-Kostituzzjoni biex jestendi d-dritt tal-vot għal żgħażagħ ta’ 16-il sena għall-elezzjonijiet ġenerali u għall-parlament ewropew.

F’dibattitu mifrux fuq tliet seduti ħadu sehem 23 deputat – 11 min-naħa tal-Gvern u 12 mill-Oppożizzjoni. Il-vot jittieħed f’seduta oħra.

Meta kienet qed tagħlaq id-dibattitu, is-Segretarju Parlamentari Farrugia Portelli qalet dan kien dibattitu matur. Bl-approvazzjoni tal-Ispeaker Anġlu Farrugia l-għada tal-vot, il-Kamra se tagħmel seduta straordinarja li jmexxuha ż-żgħażagħ biex jitkellmu dwar din id-deċizjoni.

Farrugia Portelli irringrazzjat lil kull min emmen f’din il-mixja biex is-sena d-dieħla 8,500 żagħżugħ u żagħżugha se jingħaqdu mal-kumpament taċ-ċittadini Maltin biex jagħżlu lil min se jmexxi lil Malta fil-Parlament Ewropew – deċizjoni li hija sejħet waħda pura.

Hija tqis is-sena 2018 bħala waħda mportanti fir-riformi li qed isiru fil-pajjiż u temmen li l-mod kif tmexxa d-dibattitu jawgura tajjeb għal numru ta’ suġġetti oħra sensittivi, oħrajn li huma diffiċli u oħrajn li għażilna bħala nazzjon inwaddbu taħt it-tapit. Dawn mhumiex deċizjonijiet faċli, għax hemm suġġetti jaħirqu fosthom it-traffikar uman, id-droga, riformi kostituzzjonali li għandna bżonn li jsiru.

farrugia Portelli qalet li frott ta’ din id-diskussjoni matura ser inkunu it-tieni pajjiż fl-Ewropa, wara l-Awstrija, li se nkunu pajjiż aktar inklussiv fil-faxxa tal-età b’tali mod li tkun qed tinstema’ l-opinjoni ta’ kulħadd. Bid-deċizjoni li qed tittieħed fil-Kamra, id-dinja qed tħares lejna.

Send this to a friend