josianne cutajar – One News

Notifiki

Josianne Cutajar b’kariga dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE

Minkejja li l-esperjenza ta’ Josianne Cutajar bħala membru fil-Parlament Ewropew għadha fil-bidu tagħha, l-Ewroparlamentari Maltija għadha kemm ġiet maħtura bħala Rapporteur Permanenti għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Kumitat tal-Industrija, Riċerka u Enerġija (ITRE) mill-familja politika tagħha fil-Parlament Ewropew, is-Soċjalisti u d-Demokratiċi.Aqra aktar

“Jekk nagħmel l-istess xogħol ħaqqni l-istess dħul”- Josianne Cutajar

Fi stqarrija l-Membru Parlamentari Ewropew, Josianne Cutajar stqarret li “Mhux aċċettabbli li ħaddiema li jagħmlu l-istess xogħol ikollhom dħul u kundizzjonijiet differenti” – dan enfasizzatu l-Membru Parlamentari Ewropew Maltija Josianne Cutajar, meta tkellmet dwar ir-realtà ta’ ħafna ħaddiema, li minħabba li huma impjegati ma’ kuntrattur, ma jibbenefikawx mill-istess kundizzjonijiet li jgawdu ħaddiema direttament impjegati mal-kumpanija, li jagħmlu l-istess kwalità ta’ xogħol fl-istess post tax-xogħol. Aqra aktar

Cutajar tikkonvinċi fil-Kumitat dwar l-Enerġija

Fi stqarrija l-Partit Laburista nnota kif il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (ITRE) fil-Parlament Ewropew laqa’ numru ta’ proposti tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Josianne Cutajar għal żieda sostanzjali fil-baġit allokat għall-Connecting Europe Facility (CEF) fil-qasam tal-enerġija. Aqra aktar

Send this to a friend