Joseph | One News

Notifiki

“L-Ewropa trid tkun lesta għal kull eventwalità, anke jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-UE bla ftehim”- il-PM

F’kummenti lill-midja ftit tal-ħin wara li tħabbar li l-Unjoni Ewropea mistennija taqbel li Brexit iseħħ fit-22 ta’ Mejju li ġej, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Unjoni Ewropea trid tkun preparata għal kull eventwalità, anke jekk l-eventwalità ċara hija li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim.Aqra aktar

Malta se tħeġġeġ għal iktar riżorsi biex il-marda tal-‘polio’ tkun eliminata darba għal dejjem

 

Fix-xhur li fadlilha tmexxi l-Commonwealth Malta se tkompli tikkonvinċi aktar mexxejja biex jikkommettu aktar riżorsi għall-eliminazzjoni tal-polio, qal il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt Global Citizen Live! fi New York, avveniment li ġab flimkien mexxejja politiċi, attivisti ewlenin u artisti ta’ fama internazzjonali f’messaġġ komuni kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali.

Aqra aktar

FILMAT: Il-Prim Ministru b’messaġġ fl-aħħar jum tal-Presidenza Maltija

30 ta’ Ġunju 2017 – Din hija d-data li timmarka t-tmiem tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Din kienet l-ewwel Presidenza għal pajjiżna, Presidenza ta’ suċċess li żammet il-bżonnijiet taċ-ċittadini fiċ-ċentru. Fil-fatt kienu bosta l-figuri importanti u l-ġurnali li faħħru l-Presidenza ta’ pajjiżna, Presidenza li ġiet deskritta bħala “a tough act to follow”  u li ġiet mfaħħra minn figuri importanti bħal President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker u l-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk.

Aqra aktar

Inkomplu nibnu fuq is-suċċessi tal-Gvern

L-attivitá tal-Partit Laburista li immarkat ir-raba sena ta’ gvern laburista, kienet indirizzata mid-Deputat mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona u s-Segretarja tal-eżekuttiv tal-Partit Laburista Lydia Abela .

Ilkoll kellhom messaġġ ċar, li l-moviment tal-partit laburista qed jikber u aktar persuni fl-elezzjoni ġenerali se jagħtu l-fiduċja lill-partit laburista. Moviment li iwettaq ħidma u kiseb kisbiet kbar, li se jkompli jibni fuqhom fis-sitt snin li ġejjien .

Aqra aktar

“Il-mod kif jaħseb u jirraġuna l-Kap tal-Oppożizzjoni jwassal biex tieqaf l-ekonomija”

F’intervista fuq One Radio, il-Prim Ministru  fakkar li dan il-Gvern dawwar ir-rotta tal-Enemalta biex minn waħda falluta b’aktar minn €800 miljun dejn, illum id-dejn inqata’ bin-nofs. Dan id-dejn kien mażra għall-ekonomija ta’ pajjiżna.

Il-Mexxej Laburista saħaq li l-pjan tal-enerġija wassal għall-kontijiet orħos, u stqarr li kien jiġri bil-maqlub li kieku tela’ fil-Gvern il-Partit Nazzjonalista, hekk kif l-unika pjan li kellu biex tkun salvata l-Enemalta kien li jerġgħu jgħolew il-kontijiet.

Aqra aktar

Send this to a friend