Joseph Muscat | One News - Part 9

Notifiki

“Il-proġett tal-power station tal-gass kien l-akbar wieħed li sar f’pajjiżna”- il-PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li l-proġett tal-power station tal-gass kien l-akbar proġett infrastrutturali u innovattiv li qatt sar f’pajjiżna, u dan f’ċirkostanza fejn il-Gvern Nazzjonalista kien jgħid li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma ma jistgħux jorħsu, u l-pajjiż lanqas jista’ jaqleb għal ġenerazzjoni tal-elettriku li taħdem bil-gass.

Aqra aktar

Estiż is-servizz ta’ respite għal persuni b’diżabilità li se jassisti 1,000 familja

Fil-bidu tal-ġimgħa iddedikata għall-persuni b’diżabilità, il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgurata Casa Apap Bologna fil-Mosta, li nbidlet f’ċentru ta’ respite sabiex tilqa’ fiha persuni b’diżabilitajiet differenti.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li din hi l-ewwel darba li l-Gvern daħal fi sħubija mal-privat biex jipprovdi dan is-servizz. Servizz mill-iktar importanti li se jaffettwa l-kwalità tal-ħajja ta’ madwar 1,000 persuna b’diżabbiltà.Aqra aktar

RITRATTI: Il-PM jinawgura l-grawnd tal-futbol f’Birżebbuġa

Minkejja l-Maltemp li ppersista matul il-jum, kienet ġurnata mill-isbaħ għall-lokalità ta’ Birżebbugia hekk kif ġie inawgurat grawnd tal-futbol attrezzat b’dak kollu meħtieġ għal dawk dilettanti tal-logħba tal-futbol.

Proġett minn Sport Malta li ġie inawgurat mill-Prim Ministru Joseph Muscat b’investiment ta’ ftit iktar minn żewġ miljun ewro u li jimmarka wegħda oħra mwettqa mill-Gvern.

Waqt l-inawgurazzjoni, il-Prim Ministru saħaq li dan il-Gvern huwa impenjat bis-serjetà li jinvesti fil-faċilitajiet sportivi tant li din is-sena biss nefaq €13-il miljun. Dan għal kuntrarju ta’ dak li kien isir fi żmien amministrazzjonijiet preċedenti, fejn kienu jintefqu madwar €5 miljun biss f’sena.Aqra aktar

L-U.E għandha tgħin biex is-suċċess ikun sostnut- JM

Minkejja li pajjiżna qed jimxi ‘l quddiem, anke qabel pajjiżi Ewropej, l-Unjoni Ewropea għandha tgħin biex dan is-suċċess jibqa’ jkun sostnut permezz tal-fondi tal-koeżjoni.

Dan kien is-sentiment li bih il-Prim Ministru Joseph Muscat ipparteċipa għas-Summit Friends of Cohesion fil-kapitali Slovakka, Bratislava.Aqra aktar

Il-PM fi Bratislava għal diskussjonijiet dwar il-budget li jmiss tal-U.E.

Il-Prim Mnistru Joseph Muscat jinsab fi Bratislava għal laqgħa bejn il-grupp hekk imsejjaħ Friends of Cohesion, li dalgħodu se jiltaqa’ biex jiddiskuti l-budget li jmiss għall-Unjoni Ewropea, li jkopri l-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2027.

Preżenti wkoll se jkun hemm rappreżentanti għolja ta’ tmien Stati Membri Ewropej, rappeżentati mill-Kummissjoni Ewropea, u rappreżentanti mill-Bank Ewropew ta’ Investiment. Aqra aktar

“Malta hija ċentru ta’ eċċellenza fil-gaming u fl-ekonomija diġitali”- il-PM

12,500 delegat minn madwar l-erbat irjieħ tad-dinja jinsabu f’Malta għal summit internazzjonali tal-igaming magħruf aħjar bħala SIGMA u li qed jitlaqa’ fiċ-Ċentru tal-Konferenzi f’Ta Qali.

Dawn l-esperti tal-gaming u tal-ekonomija diġitali qed jiltaqgħu f’pajjiżna għall-ħames sena u matul din il-fiera qegħdin jieħdu sehem aktar minn 400 esebitur, u aktar minn 200 kelliem.Aqra aktar

“Ċittadini Maltin li jgħixu r-Renju Unit mhux se jitilfu ebda drittijiet” -il-PM

Waqt li aġġorna l-Kamra bl-aħħar żviluppi li seħħew fil-Kunsill Ewropew li tlaqqa l-Ħadd li għadda fi Brussell, il-Prim Ministru Joseph Muscat fakkar li f’dawn id-diskussjonijiet, assigura li ċ-ċittadini Maltin li jgħixu r-Renju Unit ma jitilfu l-ebda drittijiet, u l-interess tagħhom ikun issalvagwardjat.

Madanakollu, reġa’ fakkar li Malta tilfet sieħeb strateġiku importanti fuq il-mejda tan-negozjati tal-Unjoni Ewropea.Aqra aktar

BIL-FILMAT: “Se nitilfu alleat” – Il-PM wara s-summit dwar BREXIT

Il-mexxejja Ewropej approvaw l-ftehim dwar Brexit li mistenni jara lir-Renju Unit jinħall minn mal-Unjoni Ewropea f’Marzu li ġej. Ftit tal-minuti wara li l-mexxejja Ewropej laħqu dan il-qbil, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li bi Brexit, Malta se tkun qed titlef alleat fl-Unjoni Ewropea. Huwa sostna li “madwar il-mejda se nitilfu alleat li matul iż-żmien kemm ilna fl-Unjoni Ewropea dejjem konna fl-istess paġna fuq ħafna affarijiet speċjalment fin-naħa finanzjarja u ekonomika.”

Fi Brussell, Dr. Muscat irrimarka wkoll li l-approvazzjoni kollettiva ta’ dan il-ftehim hija turija ta’ għaqda. Fisser li permezz ta’ dan il-ftehim, oqsma ta’ koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi bħal dak tas-saħħa mhux se jiġu affetwati. Fid-dawl li sa ftit tal-jiem qabel, kien hemm tħassib dwar il-ftehim wara li Spanja ressqet l-oġġezzjonijiet tagħha minħabba Ġibiltà, il-Prim Ministru rrimarka għal maturità li biha mxew il-mexxejja kollha tal-istati membri. Dwar dan il-Prim Ministru qal li “in-negozjati saru fuq medda ferm itwal u llum kien ċar li ġejna hawnekk mhux biex ninnegozjaw iżda biex nikkonkludu”.Aqra aktar

Send this to a friend