Joseph Muscat – Page 87 – One News

Notifiki

“Issa tistgħu taħdmu b’serħan il-moħħ” – Joseph Muscat lill-ħaddiema tal-Enemalta

Waqt żjara fil-Korporazzjoni Enemalta, il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat qal li hu jinsab hemm flimkien mal-ħaddiema biex jiċċelebraw il-post tax-xogħol tagħhom fejn issa qed jaħdmu b’serħan il-moħħ u fejn jistgħu jiżviluppaw il-karriera tagħhom. Il-Prim Ministru qal ukoll li din hi ċelebrazzjoni ukoll għall-kumpanija fejn minn mażra spiċċat mutur tal-ekonomija.

Muscat qal li r-rapport tal-bieraħ ta’ Standards & Poor juri kif l-iżviluppi li qed nagħmlu flimkien huma żviluppi neċessarju għall-ekonomija Maltija. Hu qal li kien hemm bżonn ta’ powerstation ġdida, u li l-interconnector hu importanti iżda mhux biżżejjed.

Aqra aktar

“L-ewwel darba li t-tfal għandhom l-eżamijiet!”

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fetaħ id-diskors tiegħu tal-Ħadd b’mod partikolari. Iddeskriva dak li jħossu ġenituri meta wliedhom jagħmlu l-eżamijiet, partikolarment jekk qed jagħmluhom għall-ewwel darba.

Propju lbieraħ ħafna tfal tal-iskejjel tal-primarja tal-Gvern bdew bl-eżamijiet ta’ nofs is-sena, l-imberkin ‘half yearlies’. Ħafna ġenituri qattgħu dan tmiem il-ġimgħa jagħmlu r-reviżjoni, il-familja Muscat inkluża.

Aqra aktar

“Tippolitizzawx il-kriminalità” – Joseph Muscat

Fil-Parlament, il-Prim Ministru tkellem dwar stqarrija ministerjali li saret mill-Ministru Carmelo Abela fuq l-isplużjoni li seħħet dalgħodu. Huwa qal li s-sitwazzjoni mhix normali u bħala Gvern qed juri tħassib u għandu r-responsabbiltà li jara li fil-pajjiż ikun hawn is-sigurtà.

Madankollu il-Gvern mhux kuntent li l-Oppożizzjoni tipprova tippolitiċizza l-każ. Qatt ma niftakar, qal Dr Muscat, li l-Oppożizzjoni Laburista ppolitiċizzat każi ta’ kriminalità.

Huwa appella lill-Oppożizzjoni biex ma tagħmilx ballun politiku mis-sitwazzjoni u għandha tara li l-Kamra tibgħat lill-kriminalità organizzata li mhux se jħallihom iweġġgħu nies innoċenti.

Aqra aktar

Pawża meritata

Żgur mhux forsi hi pawża meritata li ħadu llum parti mit-tim tal-Grupp Parlamentari Laburista. Dan hekk kif flimkien mal-Prim Ministru ta’ Malta u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, ħadu pawża wara laqgħa ġewwa l-Girgenti.

 

Send this to a friend