Joseph Muscat | One News - Part 86

Notifiki

Żvelat imejl li juri l-problema b’Salvu Mallia

Il-gazzetta KullĦadd żvelat imejls li juru kif il-kandidat Nazzjonalista, Salvu Mallia, ħoloq terromot lill-Kap tal-PN Simon Busuttil. Jirriżulta bil-provi li -attitudni tiegħu fil-PN qed tkun deskritta bħala mhux aċċettabbli u saħansitra, tgħid il-KullĦadd, hemm żewġ membri tal-amministrazzjoni Nazzjonalista li ddikjaraw bil-miktub li jaħsbuha hekk.

Aqra aktar

Jiktbu lill-PM biex immigranti ma jintbagħtux lura bi skema tal-U.E

Numru ta’ akkademiċi kitbu ittra lill-Prim Ministru ta’ Malta, Joseph Muscat, biex iħalli Malta numru ta’ immigranti li ma jikkwalifikawx għall-ażil. Din il-kwistjoni qamet fl-aħħar ġimgħat meta numru ta’ immigranti nġabru sakemm tiġi f’Malta delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea biex tanalizza s-sitwazzjoni tagħhom. Dan bħala parti minn sistema ta’ ritorn minn madwar l-Ewropa għal min ma jkunx kwalifika għal stat ta’ refuġjat.

Aqra aktar

FILMAT: Il-kummenti tal-Prim Ministru mis-Summit Ewropew

Il-migrazzjoni kien is-suġġett li l-aktar iddomina fis-summit tal-mexxejja tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li qed isir propju llum u li għadu ma ntemmx. F’kummenti li ta ftit tal-hin ilu lill-ġurnalisti il-Prim Ministru Joseph Muscat innota li kien hemm bidla fl-atitudni fost il-mexxejja Ewropej. Il-punt li qed tressaq Malta qed jintlaqa’.
Aqra aktar

Isma’ x’qal Sandro Gozi fuq Joseph Muscat

Waqt il-programm Pjazza, il-Membru Parlamentari Taljan Sandro Gozi tkellem dwar il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Qal li Muscat huwa mexxej rispettat u li dan ir-rispett jinħass fuq livell Ewropej.

Tista’ tisma’ l-intervent hawn.

Aqra aktar

Tal-Crane Currency jibdew bix-xogħol f’Ħal Far

Il-Prim Ministru żar is-sit f’Ħal Far fejn se tinbena l-fabbrika ‘state of the art’ tal-kumpanija Crane Currency. Hemm deher biċ-ċar li  mill-21 ta’ Settembru, il-jum li kien iffirmat il-ftehim mal-Gvern Malti biex din il-kumpanija tiġi Malta ma qatgħet xejn il-ħidma biex il-ħolma ssir realtà mill-iktar fis.

Aqra aktar

Ftehimiet passati bejn Malta u l-Libja se jkunu onorati

Ftit xhur wara li nħatar bħala Prim Ministru tal-Libja, Fayez al-Sarraj żar pajjiżna b’ mod uffiċjali biex Malta ikollha idea iktar ċara tas-sitwazzjoni fil-Libja.

F’laqgħa bilaterali mal-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Berġa ta’ Kastilja, il-Prim Ministru Libjan assigura li l-Libja se tonora l-ftehimiet iffirmati bejn iż-żewġ pajjiżi u li se jitwaqqfu kummitati tekniċi li jerġgħu jevalwaw il-ftehimiet bejn Malta u l-Libja biex jinstab mod kif dawn jistgħu ikunu implementati. Dan hu pass importanti ħafna għal-Libja, saħaq Al Saraj.

Il-Prim Ministru Muscat stqarr li l-gvern huwa pożittiv ħafna li dawn il-ftehimiet, fosthom dak dwar il-provvista taż-żejt, se jkunu onorati ladarba is-sitwazzjoni politika fil-Libja titjieb. Madanakollu saħaq li kull ftehim li sar fil-passat għadu legalment validu u li hemm rieda politika bejn iż-żewġ pajjiżi biex iseħħu.

Aqra aktar

SEGWI LIVE konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Prim Ministru Malti u dak Libjan

Il-President tal-Kunsill Presidenzjali Libjan Fayez al-Sarraj żar pajjiżna għal taħdidiet mal-Gvern Malti.

Huwa qed imexxi delegazzjoni li fost l-oħrajn tinkludi wkoll lill-Ministru Libjan tal-Affarijiet Barranin Mohamed Syala. Il-President tal-Kunsill Presidenzjali Libjan al-Sarraj kellu taħdidiet mal-Prim Ministru Joseph Muscat f’Kastilja.

Din hija l-ewwel żjara ta’ dan il-Prim Ministru al-Sarraj f’Malta. Iż-żewġ mexxeja qablu li hija laqgħa biex pajjiżna jifhem aħjar is-sitwazzjoni fil-Libja.

Aqra aktar

Send this to a friend