Joseph Muscat | One News - Part 84

Notifiki

JOSEPH MUSCAT dwar il-pass li jmiss: mhux biss xogħol imma karrieri

Fuq One Radio il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-ikbar summit ta’ dan il-Gvern huwa s-summit tax-xogħol, fejn qed jinkisbu riżultati eċċellenti u iktar ġenituri rashom mistrieħa li wliedhom se jsibu post tax-xogħol, u jekk jintilef xogħol se jinstab ieħor. Kien hemm kważi 7,000 ruh bla xogħol meta beda dan il-Gvern, filwaqt li llum hemm inqas minn 3,000 jirreġistraw għax-xogħol. L-attitudni pro-business li wrejna fill-bidu issa qed tħalli l-frott tagħha, sostna l-Prim Ministru.

Qal li kien biss snin twal ilu li n-nies ifittxu xogħol kien daqshekk baxx, u kien fi żmien meta inqas nies kienu jaħdmu. Qal madanakollu li l-Gvern ikompli jinkwieta għal dawk li għadhom bla xogħol. Sostni li hemm bżonn li l-Gvern jitkellem dwar karrieri aktar minn xogħol, u dan huwa l-pass li jmiss. Dan itejjeb id-dħul tan-nies;  dak li Muscat sejjaħlu l-progress naturali.

Aqra aktar

“Tkellimt ċar ħafna” – Joseph Muscat

Dawn huma l-kummenti tal-Prim Ministru Joseph Muscat wara summit tal-pajjiżi fin-naħa t’isfel tal-Unjoni Ewropea.

Huwa summit immexxi mill-Prim Ministru Portugiż Antonio Costa u li għalih qed jattendu l-President Franciż Francois Hollande, il-President ta’ Ċipru Nikos Anastasiades, il-Prim Ministru Taljan Paolo Gentiloni, il-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajoy u l-Prim Grieg Alexis Tsipras.

Aqra aktar hawn.

Aqra aktar

Jiltaqgħu seba’ pajjiżi – Malta waħda minnhom

Il-Prim Ministru Malti bħalissa jinsab f’Lisbona, f’summit bejn seba’ pajjiżi li jinsabu fin-nofsinhar tal-Ewropa.
Il-mexxejja ta’ Malta, il-Portugall, Ċipru, Franza, Greċja, l-Italja u Spanja jinsabu fil-kapitali Portugiża f’dak imsejjaħ bħala l-MED 7 summit. Aktar milli joħolqu grupp għalihom, dawn il-pajjiżi fin-nofsinhar tal-Ewropa mistennija jirriflettu dwar il-futur tal-Ewropa qabel is-summit informali li se jsir f’pajjiżna nhar il-Ġimgħa li ġej. Il-mexxejja ta’ dawn il-pajjiżi qegħdin jiddiskutu temi bħall-immigrazzjoni, is-sigurtà nazzjonali u l-isfidi ekonomiċi.

Vjaġġar bla visa, agrikoltura u trasport

Il-Prim Minsitru Joseph Muscat u l-President tal-Ukrajna iddiskutew il-possibiltà ta’ vjaġġar mingħajr visa.

Permezz ta’ komunikazzjoni telefoninka, il-President Petro Poroshenko u Muscat tkellmu dwar il-passi li hemm bżonn biex l-Unjoni Ewropea timplimenta dak li qed jissejjaħ Ukraine-EU Association Agreement.

Iż-żewġ mexxejja tkellmu wkoll dwar aktar koperazzjoni ekonomika, partikolarment fl-agrikoltura u t-trasport.

 

Diskors li nissel diskussjoni

L-Erbgħa filgħodu, fis-sala tal-plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu, il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat ippreżenta lill-Parlament Ewropew il-prijoritajiet tal-Presidenza Maltija.

Wara li għal diversi snin serva bħala Membru tal-Parlament Ewropew, Muscat indirizza lil dawk preżenti bħala President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ diskors b’viżjoni.

Diskors li f’iktar minn okkażjoni waħda, il-Membri tal-Parlament Ewropew ċapċpu b’approvazzjoni għal dak li kien qed jingħad mill-Prim Ministru Muscat.

Din l-approvazzjoni ngħatat ukoll bil-kliem, hekk kif fi tmiem tad-diskors ta’ Muscat, il-Membri Parlamentari Ewropej kellhom l-opportunità jagħtu r-reazzjoni tagħhom.

Ma naqsux ukoll il-kummenti fuq is-sit soċjali Twitter, fejn il-hashtag #EU2017MT tinsab fuq nett fuq il-lista tal-iktar hashtags użati.

Aqra aktar

Send this to a friend