Joseph Muscat | One News - Part 83

Notifiki

Diskors li nissel diskussjoni

L-Erbgħa filgħodu, fis-sala tal-plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu, il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat ippreżenta lill-Parlament Ewropew il-prijoritajiet tal-Presidenza Maltija.

Wara li għal diversi snin serva bħala Membru tal-Parlament Ewropew, Muscat indirizza lil dawk preżenti bħala President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ diskors b’viżjoni.

Diskors li f’iktar minn okkażjoni waħda, il-Membri tal-Parlament Ewropew ċapċpu b’approvazzjoni għal dak li kien qed jingħad mill-Prim Ministru Muscat.

Din l-approvazzjoni ngħatat ukoll bil-kliem, hekk kif fi tmiem tad-diskors ta’ Muscat, il-Membri Parlamentari Ewropej kellhom l-opportunità jagħtu r-reazzjoni tagħhom.

Ma naqsux ukoll il-kummenti fuq is-sit soċjali Twitter, fejn il-hashtag #EU2017MT tinsab fuq nett fuq il-lista tal-iktar hashtags użati.

Aqra aktar

Diskors li ntlaqa’ tajjeb għal bosta raġunijiet

Għadu diskuss fil-Parlament Ewropew id-diskors tal-Prim Ministru iktar kmieni din il-ġimgħa meta fassal il-prijoritajiet tal-Presidenza Maltija għall-kunsill tal-unjoni ewropea. Tkellimna dwar dan mal-membri tal-parlament Ewropew Maltin fi Strasburgu.

Aqra aktar

Ewropa pożittiva għall-Presidenza Ewropea ta’ Malta għas-sitt xhur li ġejjin

Ir-reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat fi Strasborgu kienet reazzjoni ta’ pożittività li din il-Presidenza Maltija se tkun qed tagħmel id-differenza għall-Unjoni Ewropea li bħalissa għaddejjha minn żmien diffiċli.

Dan qalu l-Partit Laburista, li nnota kif il-Presidenti kollha tal-Gruppi Politiċi fil-Parlament Ewropew faħru l-preparazzjoni li għamlet Malta u l-prijoritajiet li poġġiet quddiemha li twettaq tul il-Presidenza fosthom aktar impenn favur il-kwistjoni tal-Immigrazzjoni u l-ħtieġa ta’ Ewropa aktar soċjali.

Il-Partit żied jgħid “in-negattività ta’ individwi mhux se xxekkel milli Malta tkun verament qed iservi ta’ pont fl-Unjoni Ewropea minkejja ċ-ċokon ġeografiku tagħha u dan kif qed isostnu Mexxejja Ewropej li kollha huma ottimisti”.

 

“Presidenza li tindirizza l-aktar setturi importanti” – Joseph Muscat

Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza l-plenarja fi Strasburgu bħala parti mill-ħidma tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017. Huwa beda l-indirizz tiegħu bl-awgurju lill-President il-ġdid elett tal-Parlament Ewropew, Atonio Tajani li fi kliemu se jkun qed jibni fuq il-ħidma li għamel Martin Schulz. Din kienet l-ewwel darba wara disa’ snin li l-Prim Ministru qed jindirizza l-Plenarja wara li kien jirappreżenta lill-elettorat Malti fil-Parlament Ewropew.

Il-Prim Ministru spjega fid-dettall il-prijoritajiet ewlenin tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri, l-immigrazzjoni, BREXIT, is-sigurtá u l-aspett soċjali.

Fid-diskors tiegħu huwa tkellem dwar l-ewwel prijorità tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, l-immigrazzjoni. Huwa stqarr li neħtieġu politika li verament tindirizza din il-problema u kien għalhekk li Malta għażlet li tpoġġi l-immigrazzjoni fuq nett tal-prijoritajiet tagħha. “M’għadux iż-żmien li nibqgħu nirreppetu dak li diġa’ għedna ħafna drabi, l-pożizzjoni ta’ Malta kulħadd jaf x’inhi, jeħtieġ li jkollna politika li taħseb fit-tul. Pajjiżna kien l-ewwel wieħed li fil-Valletta Summit ħejja t-triq biex din il-problema tibda tiġi diskussa, nemmen li l-flus m’humiex biżżejjed biex din il-problema tiġi ndirizzata.”

Il-Prim Ministru spjega li meta s-sena l-oħra kellhu jagħżel naħa dwar dik li hija sistema ta’ rilokazzjoni u qal li kien hemm xi wħud li qaluli biex iżomm ma’ dawk mhux favur ir-rilokazzjoni. Dwar dan il-Prim Ministru qal li din kienet tkun id-deċiżjoni popolari iżda Malta ddeċidiet li żżomm ma’ dawk favur hekk kif din il-kwistjoni, fi kliem il-Prim Ministru, titlob prinċipju u kreddibilità. Huwa saħaq li s-soldiarjetà m’għandiex tkun għażla al carté iżda neċċessità. Huwa stqarr li minkejja pajjiżna huwa żgħir xorta waħda għażel li jagħti l-ażil u juri solidarjetà mal-immigranti. Fil-plenarja esprima d-diżżappunt tiegħu meta membri stati, minkejja li fil-minoranza, kienu kontra sistema ta’ rilokazzjoni Ewropea iżda stqarr l-importanza li nifhmu l-ħsibijiet wara dawn id-deċiżjonijiet biex verament ikollna approċċ ħolistiku fil-membri stati kollha. Waqt li kien qed jispjega l-prijorità tal-Presidenza, il-Prim Ministru Joseph Muscat stqarr li l-aħħar kriżi tal-immigrazzjoni fl-Ewropa kixfet li l-Unjoni Ewropea mhux ippreparata biżejjed biex taffaċċja din il-problema. Huwa tkellem favur il-ftehim tat-Turkija iżda fadal aktar xi jsir biex din il-problema tiġi ndirizzata. Il-prijorità tal-Presidenza se tkun qed taħdem biex jiġu reveduti r-regoli ta’ Dublin, prijoritá li fi kliem il-Prim Ministru hija ambizzjuża iżda li tista’ twassal għar-riżultati.

Aqra aktar

Il-PM fi Strasburgu jispjega l-prijoritajiet tal-Presidenza

Il-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab fi Strasburgu biex jindirizza seduta plenarja fil-Parlament Ewropew u jispjega aktar fid-dettall il-prijoritajiet tal-PresidenzaMaltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Waqt l-intervent tiegħuilPrim Ministru huwa mistenni jidħol fid-dettall dwar il-ħidma li bi ħsiebha tagħmel il-Presidenza Maltija f’oqsma importanti bħall migrazzjonis-sigurta, l-politika tal-viċinat, u s-suq uniku. Mistennijitkellem ukoll fuq temi oħra importanti relatati mal-futur tal-Unjoni Ewropeja bħall-Brexitanke fid-dawl tal-aħħar diskors li sar mill-Prim Ministru Theresa May ilbieraħ.

Aqra aktar

Send this to a friend