Joseph Muscat – Page 82 – One News

Notifiki

Il-Prim Ministru jibda ż-żjarat f’sitt pajjiżi Ewropej

Illum il-Prim Ministru Joseph Muscat beda żjara ta’ tlett ijiem f’sitt pajjiżi Ewropej differenti bħala parti mill-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea .

Fil-jum tat-Tlieta l-ewwel impenji tal-Prim Ministru se jkunu fi Stokkolma fejn se jiltaqgħa mal-Prim Ministru tal-Isvezja Stefan Lovren. Fi Stokkolma l-Prim Ministru mistenni jkollu laqgħa mal-Partit Soċjali Demokratiku fil-kwartieri ġenerali tagħhom.

Aqra aktar

Għaddew xahrejn ta’ Presidenza effettiva

Fid-diskors tiegħu waqt iċ-ċerimonja inawgurali tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (UE) fil-11 ta’ Jannar, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar it-timbru tal-Presidenza tal-iżgħar Stat Membru tal-UE fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena. Fi kliem il-Prim Ministru, Malta hija determinata li taħdem qatigħ biex iġġib ’il quddiem affarijiet li jolqtu l-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini tal-UE; l-affarijiet li nitkellmu fuqhom fuq ix-xogħol, fil-ħwienet u fi djarna. Barra minn hekk, it-tema ta’ ‘Reunion’ li Malta għażlet għall-Presidenza tagħha, tirrifletti   l-missjoni intrinsika ta’ pajjiżna li minkejja ċ-ċokon tiegħu iservi ta’ pont kemm bejn l-Istati Membri nfushom u wkoll mal-pajjiżi ġirien. Din it-tema għandha tikkaratterizza wkoll id-diskussjonijiet li se jsiru waqt il-Presidenza li matulha l-UE trid issib soluzzjonijiet konvinċenti għall-isfidi l-kbar li għandha quddiemha.

Aqra aktar

“Nibqgħu noffru l-id tal-ħbiberija minkejja t-tattika ta’ Busuttil” – JM

Minkejja li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jipprova jipprovoka, qed jipprova jħarrax lin-nies u li jrid li nerġgħu lura għall-politika tal-kuluri, tal-Partit Nazzjonalista kontra tal-Partit Laburista, għax hekk biss jista’ joffri, aħna se nibqgħu noffru l-id tal-ħbiberija.

Stqarr dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat fuq One Radio.

Aqra aktar

Ta’ Toni Bezzina sar każ ta’ frodi – Joseph Muscat

Il-Prim Ministru Joseph Muscat dalgħodu tkellem fuq One Radio dwar id-dettalji żvelati dalgħodu, li l-Toni Bezzina ivvinta fl-applikazzjoni tiegħu għal art f’ODZ.

Il-Prim Ministru qal li din issa mhix sempliċement każ li Bezzina jrid jirtira l-applikazzjoni għal bini f’art ODZ għax inqabad, imma issa huwa każ ta’ frodi.

Issa, sosta Joseph Muscat, hemm ikbar responsabiltà fuq kwistjoni politika.

Ir-reputazzjoni ta’ Malta prijorità

Huwa xogħol Prim Ministru li jħares lil hinn mill-element partiġġjan, għaliex il-pajjiż jiġi l-ewwel. Ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna għandha tingħata l-ikbar prijorita, sostna l-Prim Ministru Joseph Muscat waqt intervista li se tixxandar fuq One Radio llum.

L-istabbilita tal-Enemalta kienet prova ta’ liem mexxejja jifmhu dan il-kunċett. Prova li falla minnha bil-kbir il-kap tal-Oppożizzjoni, tant li nġibditlu l-attenzjoni mill-barranin.

Aqra aktar

“Tad-daħk” – il-Prim Ministru dwar ir-reazzjoni ta’ Busuttil dwar ix-xogħol

Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, iddeskriva bħala tad-daħk ir-reazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, li wara li l-istatistika wriet li baqgħu taħt it-3,000 dawk jirreġistraw għax-xogħol prova jitfa’ dubji dwar kemm fil-verità x-xogħol qed jonqos.

Filwaqt li quddiem il-Kamra tal-Kummerċ qal li fejn hemm ir-riżultati dan huwa għax daħlu n-nies mal-Gvern.

Aqra aktar

“Issa tistgħu taħdmu b’serħan il-moħħ” – Joseph Muscat lill-ħaddiema tal-Enemalta

Waqt żjara fil-Korporazzjoni Enemalta, il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat qal li hu jinsab hemm flimkien mal-ħaddiema biex jiċċelebraw il-post tax-xogħol tagħhom fejn issa qed jaħdmu b’serħan il-moħħ u fejn jistgħu jiżviluppaw il-karriera tagħhom. Il-Prim Ministru qal ukoll li din hi ċelebrazzjoni ukoll għall-kumpanija fejn minn mażra spiċċat mutur tal-ekonomija.

Muscat qal li r-rapport tal-bieraħ ta’ Standards & Poor juri kif l-iżviluppi li qed nagħmlu flimkien huma żviluppi neċessarju għall-ekonomija Maltija. Hu qal li kien hemm bżonn ta’ powerstation ġdida, u li l-interconnector hu importanti iżda mhux biżżejjed.

Aqra aktar

Send this to a friend