Joseph Muscat | One News - Part 81

Notifiki

Il-Prim Ministru fi Stokkolma għal-laqgħat mal-Prim Ministru Svediż

Il-Prim Ministru Joseph Muscat beda tlett ijiem ta’ impenji f’sitt kaptali madwar l-Ewropa, b’laqgħa fi Stokkolma mal-Prim Ministru tal-Isvezja Stefan Löfven.

Iż-żewġ Prim Ministri ddiskutew l-aġenda soċjali tal-Unjoni Ewropea, il-progress tal-Presidenza Maltija, Brexit, kif ukoll il-kwistjoni tal-immigrazzjoni illegali.

Aqra aktar

“Il-Gvern qed jieħu iniżjattivi u jwettaq riformi f’kull livell biex jikkumbatti l-inugwaljanzi fis-soċjetà”

 Il-Gvern qed jieħu iniżjattivi u jwettaq riformi f’kull livell biex jikkumbatti l-inugwaljanzi li għadhom jeżistu fis-soċjetà.

Qal dan il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat f’laqgħa mal-Eżekuttiv ta’ NL- Nisa Laburisti ftit ġranet biss qabel jiġi ċċelebrat Jum il-Mara.

Mil-livell edukattiv, għal dak ekonomiku, għal dak soċjali dawn ir-riformi qed iservu ta’ pjattaforma biex in-nisa f’pajjiżna jkomplu jimxu ‘l quddiem.  Permezz ta’ dawn ir-riformi l-mara qed tkun aktar indipendenti u aktar ħielsa. Fl-istess ħin il-Gvern qed ikompli jaħdem biex jelimina l-inugwaljanzi li għadhom jeżistu.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru jibda ż-żjarat f’sitt pajjiżi Ewropej

Illum il-Prim Ministru Joseph Muscat beda żjara ta’ tlett ijiem f’sitt pajjiżi Ewropej differenti bħala parti mill-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea .

Fil-jum tat-Tlieta l-ewwel impenji tal-Prim Ministru se jkunu fi Stokkolma fejn se jiltaqgħa mal-Prim Ministru tal-Isvezja Stefan Lovren. Fi Stokkolma l-Prim Ministru mistenni jkollu laqgħa mal-Partit Soċjali Demokratiku fil-kwartieri ġenerali tagħhom.

Aqra aktar

Għaddew xahrejn ta’ Presidenza effettiva

Fid-diskors tiegħu waqt iċ-ċerimonja inawgurali tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (UE) fil-11 ta’ Jannar, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar it-timbru tal-Presidenza tal-iżgħar Stat Membru tal-UE fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena. Fi kliem il-Prim Ministru, Malta hija determinata li taħdem qatigħ biex iġġib ’il quddiem affarijiet li jolqtu l-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini tal-UE; l-affarijiet li nitkellmu fuqhom fuq ix-xogħol, fil-ħwienet u fi djarna. Barra minn hekk, it-tema ta’ ‘Reunion’ li Malta għażlet għall-Presidenza tagħha, tirrifletti   l-missjoni intrinsika ta’ pajjiżna li minkejja ċ-ċokon tiegħu iservi ta’ pont kemm bejn l-Istati Membri nfushom u wkoll mal-pajjiżi ġirien. Din it-tema għandha tikkaratterizza wkoll id-diskussjonijiet li se jsiru waqt il-Presidenza li matulha l-UE trid issib soluzzjonijiet konvinċenti għall-isfidi l-kbar li għandha quddiemha.

Aqra aktar

“Nibqgħu noffru l-id tal-ħbiberija minkejja t-tattika ta’ Busuttil” – JM

Minkejja li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jipprova jipprovoka, qed jipprova jħarrax lin-nies u li jrid li nerġgħu lura għall-politika tal-kuluri, tal-Partit Nazzjonalista kontra tal-Partit Laburista, għax hekk biss jista’ joffri, aħna se nibqgħu noffru l-id tal-ħbiberija.

Stqarr dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat fuq One Radio.

Aqra aktar

Ta’ Toni Bezzina sar każ ta’ frodi – Joseph Muscat

Il-Prim Ministru Joseph Muscat dalgħodu tkellem fuq One Radio dwar id-dettalji żvelati dalgħodu, li l-Toni Bezzina ivvinta fl-applikazzjoni tiegħu għal art f’ODZ.

Il-Prim Ministru qal li din issa mhix sempliċement każ li Bezzina jrid jirtira l-applikazzjoni għal bini f’art ODZ għax inqabad, imma issa huwa każ ta’ frodi.

Issa, sosta Joseph Muscat, hemm ikbar responsabiltà fuq kwistjoni politika.

Ir-reputazzjoni ta’ Malta prijorità

Huwa xogħol Prim Ministru li jħares lil hinn mill-element partiġġjan, għaliex il-pajjiż jiġi l-ewwel. Ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna għandha tingħata l-ikbar prijorita, sostna l-Prim Ministru Joseph Muscat waqt intervista li se tixxandar fuq One Radio llum.

L-istabbilita tal-Enemalta kienet prova ta’ liem mexxejja jifmhu dan il-kunċett. Prova li falla minnha bil-kbir il-kap tal-Oppożizzjoni, tant li nġibditlu l-attenzjoni mill-barranin.

Aqra aktar

Send this to a friend