Joseph Muscat – Page 80 – One News

Notifiki

Id-deċiżjoni TUSK fuq l-aġenda tal-Kunsill Ewropew

Il-Prim Ministru jinsab fi Brussell għall-laqgħa tal-Kunsill Ewropew.

Mal-wasla tiegħu, il-Prim Ministru Joseph Muscat wieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti u stqarr li matul din il-laqgħa għandha tittieħed deċiżjoni dwar jekk Donald Tusk hux se jkollu l-mandat imġedded għal tliet snin oħra, bħala President tal-Kunsill Ewropew.

Aqra aktar

Il-futur tal-UE diskuss mill-Imsieħba Soċjali Ewropej

Gvern jista’ jkun soċjalment ġust u kompetenti fiskalment. Il-futur tal-Ewropa għandu jkun imsejjes fuq drittijiet soċjali.

Hekk sostna l-Prim Ministru Joseph Muscat li bħala l-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea attenda għall-summit soċjali tar-Rebbiegħa li serva biex sħab soċjali ewropej jiddiskutu l-futur tal-Unjoni Ewropej.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru jieħu sehem fis-Summit Soċjali Ewropew mas-sħab soċjali Ewropej

Il-Prim Ministru Joseph Muscat f’isem il-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea ħa sehem fis-Summit Soċjali tar-Rebbiegħa fejn is-sħab soċjali Ewropej iddiskutew il-futur tal-Ewropa bit-tema: “Il-Futur tal-Ewropa b’miżuri għal tkabbir ekonomiku, ħolqien tal-impjiegi u inklużjoni soċjali.

Il-Prim Ministru qal li l-futur tal-Ewropa għandu jkun imsejjes fuq drittijiet soċjali permezz tal-proposti dwar il-European Pillar for Social Rights. Huwa sostna li l-Ewropa għandha toffri protezzjoni iżda din m’għandhiex taqa’ fi protezzjoniżmu. Aqra aktar

Il-Prim Ministru: Four years of firsts

Il-Prim Ministru Joseph Muscat għamel siegħa jwieġeb il-mistoqsijiet tal-pubbliku mill-uffiċċju tiegħu. Kien mistoqsi dwar temi li jolqtu direttament lin-nies u fuq kollox tkellem dwar four years of firsts. Inizjattivi li daħlu għall-ewwel darba wara erba’ snin ta’ gvern ġdid.

Aqra aktar

“24 siegħa biex ħarġu bi skuża” – il-Prim Ministru

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-fatt li l-Partit Nazzjonalista dam 24 siegħa biex ħareġ bi tweġiba dwar il-finanzjament tal-pagi minn DB Group juri li l-Partit Nazzjonalista kien qed ifittex skuża biex ma jidhirx li qed jikser il-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Il-Prim Ministru għamilha ċara wkoll li l-Partit Laburista m’għandux ftehimiet simili. Ara l-kumment tal-Prim Ministru. Aqra aktar

IL-PM JURI DIFFERENZA ĊARA MINN MA’ BUSUTTIL

“Il-fatt hu li kull xahar li jgħaddi qed jirnexxilna nnaqsu n-nies qiegħda u nżidu x-xogħol f’dan il-pajjiż” qal Joseph Muscat waqt attività politika fl-Isla. Spejga li l-progress jiġi għax jittieħdu deċiżjonijiet li jsarrfu f’riżultati.

Semma s-settur turistiku, u l-fatt li f’Jannar, wieħed mill-aktar xhur diffiċli, qed jintlaħqu records ġodda.

Jekk ikun Simon Busuttil fit-tmexxija, iwaqqaf ix-xogħol u l-ekonomija. Busuttil ma jħallix il-ġid ikompli jikber u jitqassam lil min ikollu bżonn.

Iddeskriva l-atitudni tal-Kap tal-Oppożizzjoni u fakkar fil-posters ta’ qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali. Kienu messaġġi diviżorji ħafna, ħaġa li l-Prim Ministru staqsa x’kienet l-idea warajha. Il-Prim Ministru qal li din hija t-tattika ta’ Simon Busuttil, u li kien hu li daħħal l-istrateġija ta’ diviżjoni, anke fi żmien Gonzi.

Il-poplu, fil-kwiet ta’ daru, jiżen l-attitudni ta’ ‘min ma jaqbilx magħna inkeċċuh’ u jqabbilha mal-mentalità inklussiva ta’ dan il-Gvern.

‘Taf lil min ma jkeċċix il-kap tal-Oppożizzjoni?” staqsa l-Prim Ministru.

Aqra aktar

“Soċjetà femminista, progressiva, fejn in-nisa jieħdu dak li vera ħaqqhom”

  • Ħidma biex sal-aħħar ta’ dan ix-xahar tidħol il-liġi dwar il-koabitazzjoni 

Fis-snin li ġejjin inkomplu nsostnu l-ugwaljanza u mmexxu ‘l quddiem l-ugwaljanza. Ħafna drabi, l-abbuż isir minn raġel li jkun jaf li jista’ jżomm lil martu għax m’għandhiex biex tgħix. L-aħjar ħaġa biex tipprevjeni abbużi hija l-indipendenza finanzjarja.

Għad hemm liġjijet li jiddiskirimaw bejn irġiel u nisa, saħaq Joseph Muscat.

Aqra aktar

Send this to a friend