Joseph Muscat | One News - Part 8

Notifiki

“It-tkabbir ekonomiku niksbuh biex intejbu l-ħajja tan-nies”- il-PM

F’ġimgħa fejn l-ekonomija ta’ pajjiżna kienet ikkonfermata bħala l-iktar waħda li kibret fl-Ewropa, il-Prim Ministru Joseph Muscat fisser kif it-tkabbir ekonomiku qiegħed hemm biex il-gvern ikompli jtejjeb il-ħajja tan-nies.

F’attività politika fin-Naxxar, spjega kif dan il-gvern qed jagħmel id-differenza fil-ħajja tan-nies, u sostna kif l-iktar avveniment li laqtu din il-ġimgħa kien meta tnieda servizz ta’ respite għall-qraba tal-persuni b’diżabbiltà b’investiment ta’ miljun ewro.Aqra aktar

Il-PM ifakkar it-twelid tal-ewwel PM tal-Gvern Kolonjali Ingliż, Joseph Howard

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fakkar il-156 anniversarju mit-twelid tal-ewwel Prim Ministru tal-Gvern Kolonjali Ingliż, Joseph Howard.

Wara li serva bħala uffiċjal fl-Akkademja tal-Militar Franċiż, Howard kien elett fil-Kunsill tal-Gvern fuq nomina tal-Partito Patriottico ta’ dak iż-żmien. Kien elett fis-Senat fl-1921 tal-ewwel Parlament Malti, fejn hemmhekk okkupa l-kariga ta’ Prim Ministru. Huwa mexxa l-Gvern sal-1923 bl-appoġġ tal-Partit Laburista.Aqra aktar

Send this to a friend