Joseph Muscat – Page 78 – One News

Notifiki

Tingħata estensjoni lill-avukat li qed imexxi inkjesta dwar l-allegat każ t’Għawdex

Stqarrija mill-Uffiċju tal-Prim Ministru

L-Avukat John Vassallo li nħatar mill-Prim Ministru biex immexxi inkjesta dwar storja tal-Malta Today dwar allegat indħil minn persuni politiċi mhux imsemmija f’każ ta’ arrest ta’ persuni dwar drogi f’Għawdex, illum talab lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru għall-estensjoni sal-5 ta’ April li ġej biex jikkonkludi din l-Inkjesta. Din l-estensjoni ngħatat.

Żewġ okkażjonijiet, messaġġ wieħed: l-Ewropa trid tibqa’ qrib iċ-ċittadini

Dalgħodu l-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza laqgħa straordinarja tal-grupp ta’ interessi varji tal-kumitat Ewropew ekonomiku u soċjali li fiha ġiet diskussa Unjoni eqreb lejn iċ-ċittadini tagħha.

Il-Prim Ministru saħaq fuq l-importanża li l-mexxejja ta’ kull stat membru fl-Unjoni Ewropea jibqa’ viċin tal-poplu li jirrapreżenta. Sostna li huwa b’dan il-mod li l-poplu jibqa’ jkollu fiduċja fl-Unjoni.

Qal li f’dan iż-żmien ta’ insigurta u instabbilità fl-Ewropa, jeħtieg li nagħrfu kemm kullħadd huwa bżonn xulxin u li l-Ewropea mhijiex dwar numri imma dwar kemm nisimgħu u nagħtu każ lil poplu.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru jirreaġixxi għall-attakk f’Londra

Fid-dawl tal-attakk terroristiku li seħħ għall-ħabta tat-15:40 ta’ wara nofsinhar f’Westminster f’Londra, il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat irreġixxa b’kumment fuq Twitter.

Hu wera s-sogħba tiegħu u s-solidarjetà mal-familji ta’ dawk kollha li tilfu ħajjithom u sfaw midruba waqt dan l-attakk.

Aqra aktar

Investiment privat ta’ €18-il miljun fil-Korsa tal-Marsa

Wara xhur ta’ negozjati l-Gvern u l-kumpanija Marsa Race Track Ltd waslu għal ftehim iniżjali li se jara r-riġenerazzjoni tal-korsa taż-żwiemel tal-aqwa livell, pitch tal-polo u kif ukoll faċilità għall-dressage u show jumping.

Proġett li l-kumpanija privata se tinvesti tmintax-il miljun ewro biex isir realtà u li se jwassal biex pajjiżna jkollu faċilitajiet state of the art.

L-iżvilupp se jinkludi wkoll grand stand armat bil-faċilitajiet kollha mitluba mid-delettanti, club houses għal Malta Racing Club, għal Malta Polo Club u għal Malta Equestrian Federation filwaqt li se tinbena paddock area li takkomoda l-kompetituri kollha u faċilitajiet relatati.

Aqra aktar

Joseph Muscat jitkellem dwar deċiżjoni li trid tittieħed issa li tħabbret data għal Brexit

Fi stqarrija ministerjali biex jitkellem dwar l-aħħar laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-ġimgħa li għaddiet, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Malta se tibqa’ viċin ir-Renju Unit, issa li tħabbret id-data ta’ meta se jibda l-ħruġ minn mal-Unjoni Ewopea. 

Malta tokkupa rwol kruċjali bil-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-Prim Minsitru qal li issa deċiżjoni ewlenija se tkun hux se jkun hemm ħruġ l-ewwel u wara taħdit dwar relazzjoni ġdida mal-Unjoni Ewropea, inkella jekk iż-żewġ temi hux se jkunu diskussa flimkien.

Siltiet mid-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat

L-aħħar erba’ snin ta’ gvern immexxi minn Joseph Muscat kienu snin ta’ suċċess. Iżda, meta l-Prim Ministru indirizza folla kbira li wieġbet għas-sejħa biex tisma’ d-diskors tiegħu f’din l-okkażjoni hu għażel li ma jħarisx tant lura. F’dan il-filmat tista’ tisma siltiet mid-diskors li għamel ilbieraħ il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Aqra aktar

MUSCAT: SE NIKSBU IKTAR FIS-SNIN LI ĠEJJIN

• SE JINGĦAQDU IKTAR NIES MAL-MOVIMENT

• KULĦADD SE JINTLAĦAQ MILL-ĠID LI QED JINĦOLOQ

F’attività maħsuba fl-okkażjoni tar-raba’ sena minn meta l-Partit Laburista rebaħ l-aħħar elezzjoni ġenerali, il-Prim Ministru Joseph Muscat, wera l-istess entużjażmu ta’ erba’ snin ilu u l-istess determinazzjoni li jibqa’ jmexxi lil pajjiżna ‘il quddiem b’ideat u proġetti ġodda. Quddiemu kellu folla li wieġbet b’entużjażmu għall-frażijiet li lissen, fejn għal darb’oħra spikka l-ottimiżmu u r-referenza għas-suċċessi miksuba fl-aħħar snin.

Aqra aktar

Illum il-Prim Ministru jindirizza attività politika fil-Gżira

Illum il-Partit Laburista se jkun qed jorganizza attività fl-Orpheum il-Gzira. Attività maħsuba biex tfakkar ir-raba’ sena minn meta l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni ġenerali u għalhekk huwa mistenni d-diskors tal-prim ministru. Dwar dan ONE NEWS tkellem  mas-Segretarju Organizzattiv tal-Partit Laburista William Lewis.

Aqra aktar

Il-PM jara r-riżultat tal-ewwel talba tiegħu… is-sejf ta’ La Vallette għall-wiri

Is-Sejf ta’ de Valette jinsab f’Malta għall-ewwel darba mill-1798 bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-Prim Ministru fetaħ l-eżebizzjoni ta’ Heritage Malta li fil-qofol tagħha hemm dan is-sejf fil-Mużew tal-Arkeoloġija, fil-Belt Valletta. Fl-indirizza tiegħu l-Prim Ministru spjega li l-Belt Valletta fl-aħħar snin ospitat laqgħat u attivitajiet ta’ importanza internazzjonali.

Aqra aktar

Send this to a friend