Joseph Muscat – Page 77 – One News

Notifiki

Il-PM dwar Manoel Island: “Nappoġġja lis-Sindku tal-Gżira”

 Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, għamel dikjarazzjoni ċara li fil-kwistjoni dwar Manoel Island jappoġġja lis-Sindku tal-Gżira li qed jopponi dak propost mill-MIDI. F’kummenti lill-ġurnalisti l-Prim Ministru qal li Manoel Island għandu jservi ta’ pulmun u tenna li jittama li jintlaħaq kompromess li jkun jissodisfa l-komunità tal-madwar.

Il-PM jaqsam ħsibijietu mal-kummerċjanti dwar BREXIT

Deċiżjoni BREXIT

“Ma nafux eżattament kif BREXIT se jaffettwa lil pajjiżna, għax għadna ma nafux x’tip ta’ ftehim se jkun hemm bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea. Jistgħu isiru s-simulazzjonijiet iżda hemm wisq eventwaltajiet li jistgħu ibiddlu s-sitwazzjoni kollha. Bejn Awwissu u Novembru l-istampa tkun ferm iktar ċara.”

Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat fl-indirizz tiegħu fil-laqgħa ġenerali annwali tal-kamra tal-kummerċ hekk kif dan hu suġġett li jolqot direttament lill-kummerċjanti Maltin.

Fi żmien 48 siegħa minn Brexit, is-27 Stat Membru se joħorġu dikjarazzjoni konġunta li tirrifletti dak kollu diskuss fix-xhur li għaddew. Dikjarazzjoni li tiddependi fuq it-talbiet fl-ittra li Theresa May se tippreżenta lill-Unjoni Ewropea.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat spjega li l-pożizzjoni ta’ pajjiżna dwar Brexit hija ċara – “Jeħtieġ li jinstab bilanċ bejn l-aċċess għas-suq Ingliż, peress li għandna rabta kummerċjali b’saħħitha u storika, u fl-istess ħin ma nxekklux il-kompetittivita ta’ pajjiżna billi nippermettu li r-Renju Unit juża n-nuqqas ta’ regoli Ewropej biex ikun iktar kompetittiv.”

Il-Prim Ministru saħaq li dwar BREXIT ma nistgħux inkunu prużuntużi hekk kif ebda pajjiż ma jaf x’jista jiġri.
Is-27 Stat qablu li l-ewwel għandhom ikunu innegozjati t-termini tal-ħruġ mill-Unjoni u wara ikunu diskussi t-termini tar-relazzjoni tar-Renju Unit mal-Unjoni Ewropea. L-ewwel pass ikun ta’ talba biex il-mexxejja jpoġġu madwar mejda fejn ikunu dikussi d-djun u l-assi li għandu l-pajjiż mal-Unjoni Ewropea.

 

Minkejja l-Presidenza, il-Gvern iffukat fuq it-tmexxija 

Il-Prim Ministru saħaq li minkejja li bħalissa pajjiżna iffukat fuq il-Presidenza, l-Gvern baqa’ għaddej bit-tmexxija tal-pajjiż. Filfatt, din il-ġimgħa l-uffiċju nazzjonali għall-istatistika (NSO) se jkun qed jippubblika aktar riżultati pożittivi dwar is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ pajjiżna matul l-2016.

Fl-indirizz tiegħu lin-negozjanti preżenti, l-Prim Ministru stqarr li l-miri tal-Gvern kienu li d-defiċit jinżel taħt 0.7%, li hija qabża sinifikanti meta mqabbla mas-sitwazzjoni li ntiret erba’ snin ilu meta d-defiċit kien aktar minn 5%. “Kull sena irnexxilna nissuperaw il-mira mposta mill-Gvern innifsu u kunfidenti li din is-sena se jkun qed isir l-istess,” spjega il-Prim Ministru.

Dan minkejja li l-gvern qiegħed b’mod konsistenti jżid il-benefiċċji soċjali sena wara oħra, li hija l-kontra ta’ dak li normalment isir f’pajjiżi oħra biex jitnaqqas id-dejn.

“Dejjem emminna li s-soluzzjoni hi li tistimola l-ekonomija u r-riżultati jiġu wara.” – JM

Fi kliem il-Prim Ministru, pajjiżna qed jikseb reputazzjoni li hu kapaċi jmexxi u jorganizza l-finanzi tiegħu u qed jibni reputazzjoni tajba li jaf isolvi n-nuqqasijiet u jimxi ‘l quddiem.

Madanakollu, stqarr Muscat, għad għandna sitwazzjoni ta’ dejn f’ pajjiżna; mhux dak finanzjarju imma ta’ infrastruttura, ta’ ħiliet professjonali. Hawn ukoll il-gvern mexa ‘l quddiem.

Hawnhekk il-Prim Ministru uża l-ezempju tal-proġett tal-Kappara li miexi b’rittmu mgħaġġel, organizzat u fiż-żmien stipulat. Muscat temm jgħid li dawn kienu erba’ snin tajbin għall-kummerċ u nħarsu ‘l quddiem għal iktar ġid.

“Bis-saħħa tagħna għandhom l-ulied” – Joseph Muscat

“L-istat mhux qed hemm biex jgħid lill individwu x’jagħmel imma l-individwu għandu jkollu kontroll ta’ ħajtu”.

Ħsieb li kkomunikah fiż-Żurrieq il-Prim Ministru Joseph Muscat meta kien qed jitkellem dwar il-fatt li dan il-Gvern introduċa u wettaq il-liġi tal-IVF. Dwar din, Joseph Muscat qal “kemm jien kuntent bir-rata”.

Infatti, skont rapport annwali għall-2016 tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni, tul is-sena li għaddiet f’pajjiżna sar 273 ċiklu ta’ IVF, li 202 minnhom saru Mater Dei. Dawn iċ-ċikli rriżultaw f’64 tqala, li minnhom seba’ ommijiet sofrew korriment, 14 kellhom tarbija, u 43 għadhom qed jistenenw tarbija.

Aqra aktar

Joseph Muscat lil Simon Busuttil: “GĦAŻLA WAĦDA GĦANDEK”

Il-Prim Ministru dalgħodu rrefera għall-aħħar żviluppi fil-każ Skema Pagi PN. Fiż-Żurrieq, Joseph Muscat għamel tliet osservazzjonijiet.

Fakkar li l-Partit Nazzjonalista ordna lil kumpaniji tiegħu joħorġu invoices foloz għal riklami li qatt ma eżistew biex idaħħal il-flus.

Fakkar ukoll li dawn is-suppost riklami kienu għal bziezen tal-Air Malta.

Osserva li t-tieni kumpanija li kienet qed tagħmel is-suppost riklami kienet il-kumpanija li tipprovdi l-ikel fl-isptarijiet.

“Sitwazzjoni ta’ ksur ta’ liġi mill-iktar ċar” sostna Joseph Muscat.

“Jekk il-kap tal-Oppożizzjoni irid jitwemmen, għażla waħda għandu. Jippublika l-invoices foloz li għamel hu u li ordna hu”.

“Ġid u xogħol” – il-wirt li jrid Joseph Muscat

Fiż-Żurrieq il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li hu kburi, bħala mexxej Malti, bil-preżenza ta’ pajjiżna f’kuntest Ewropew. Hemm, Malta qed turi kif jistgħu jsiru l-affarijiet. Dan mhux bil-kliem, iżda bil-fatti.  Malta qed tkun eżempju ta’ kif jista’ jkollna eknomija li taħdem, jobs aħjar u iżjed ġid li jitqassam aħjar.  Esprima sens ta’ kburija li r-riżużltati li qed jikseb pajjiżna nkisbu flimkien f’erba’ snin biss, li matulhom inbidlet id-direzzjoni tal-pajjiż u l-impossibbli sar realtà.

“Għal tant żmien, dan il-pajjiż kien qed jieħu mill-ġenerazzjoni li jmiss biex jgħix hu, minflok jagħti. Aħna, wara tant snin, f’dawn l-erba’ snin biss, biddilna d-direzzjoni u mill-ġdid Malta bdiet tħalli l-wirt u mhux tonfoq mill-wirt ta’ wliedha” qal il-Prim Ministru.

Kull persuna li qiegħda fuq il-minimum wage se jkun qed tieħu żieda, kompla jgħid Joseph Muscat, u dan isir billi l-ġid li qed jinħoloq ikun mifrux. Għalhekk l-insistenza fuq tmexxija pro-business, spjega Muscat. Issa, minn dak il-ġid, ikun hemm biżżejjed biex tingħata għajnuna lil min jixraqlu.

Aqra aktar

IL-PM F’RUMA: Il-ġejjieni jiddependi fuq l-azzjonijiet tagħna

Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, kellu messaġġ ċar meta fl-okkażjoni tas-sittin anniversarju mill-bidu tal-Unjoni Ewropea tkellem f’Ruma quddiem il-mexxejja tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u l-Ewropa li segwiet minn fuq il-mezzi tax-xandir.

“L-avvenimenti tal-ġejjieni jistgħu jkunu tagħna bl-azzjonijiet tagħna,” qal il-Prim Ministru Joseph Muscat. Id-diskors tiegħu kien wieħed marbut fuq il-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea tkun waħda umana li tifhem liċ-ċittadini tagħha u tkun solidali. Il-ħaddiema u d-drittijiet ċivili sabu posthom fid-diskors storiku ta’ Joseph Muscat.

Aqra aktar

NIMXU ‘L QUDDIEM B’DIMENSJONI SOĊJALI

F’indirizz lill-imsieħba soċjali ġewwa Ruma, il-Prim Ministru Joseph Muscat wissa li dimensjoni soċjali hija soluzzjoni importanti biex l-Ewropa timxi ‘l quddiem.

L-imsieħba soċjali ltaqgħu mal-mexxeja Ewropej lejliet il-bidu ta’ kapitlu ġdid għall-Unjoni Ewropea hekk kif din se tiċċelebra s-sittin anniversarju minn twelidha.

Aqra aktar

“L-Ewropa trid tidħol f’territorji fejn sal-lum iċ-ċittadini jħossuhom abbandunati”

L-Ewropa ma tridx tingħalaq fiha nnifisha, iżda trid tidħol f’territorji fejn sal-lum iċ-ċittadini jħossuhom abbandunati. Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Prim Ministru Joseph Muscat waqt djalogu maċ-ċittadini f’Ruma, lejlet li l-Unjoni Ewropea tiċċelebra s-sittin anniversarju mit-Trattat ta’ Ruma.

Il-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentata Għolja tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin, Federica Mogerhini, li flimkien tkellmu dwar il-futur tal-Ewropa ma’ diversi żgħażagħ u studenti, ħafna minnhom pparteċipaw fil-programm edukattiv Erasmus li qed ifakkar it-30 anniversarju tiegħu.
Aqra aktar

“Grazzi Prim” – Manila Bottone

Kull ma jmur il-Partit Laburista u t-tmexxija ta’ Joseph Muscat u l-Partit Laburista qed jilqgħu aktar nies li preċedentement kienu jaħsbuha mod ieħor. Issa, disfatti bin-negattività tal-Partit Nazzjonalista u preżentati bis-suċċessi ta’ dan il-Gvern, aktar nies qed jagħżlu li jkunu fuq in-naħa l-pożittiva tal-istorja. Fosthom Manila Bottone, sa ftit ilu preżentatriċi fuq Radio 101. Permezz ta’ Facebook, kitbet ‘grazzi Prim’ u tellgħat dan ir-ritratt.

 

Send this to a friend