Joseph Muscat – Page 75 – One News

Notifiki

L-għaxar punti ewlenin tad-dibattitu Xarabank

1. Il-Prim Ministru kien kalm u seren, Simon Busuttil aggressiv

2. Simon Busuttil baqa’ ma ressaq ebda prova u reġa’ qal li mhux ix-xogħol tiegħu

3. Il-Prim Ministru espona kif dikjarazzjonijiet minn suppost dokumenti ta’ Daphne Caruana Galizia huma foloz

4. Simon Busuttil irreaġixxa billi qal li rrelevanti jekk il-kumpanija hix ta’ Joseph Muscat jew martu

5. Il-mexxejja tkellmu dwar l-attakki fuq il-familji; Busuttil qal li hawn m’għandux kontroll x’tikteb Daphne Caruana Galizia

6. Jirriżulta li s-sejf fejn ingħad li kienu moħbija d-dokumenti, fil-kċina, lanqas jeżistu

7. Meta tkellmu dwar temi oħra, il-Prim Ministru fakkar kif illum sar magħruf li fi tliet snin il-Gvern neħħa l-faqar ta’ amministrazzjoni preċedenti

8. Mistoqsi x’jagħmel jekk jirriżulta li Daphne Caruana Galizia qed tigdeb Simon Busuttil ma weġibx

9. Busuttil jgħid li ma jistax ma jagħmel xejn għax beda 36,000 vot minn taħt

10. Il-Prim Ministru wera kif il-Gvern mhux perfett, imma n-nies iħossu d-differenza

Ritratt: Xarabank

Muscat: “Il-moviment għandu s-saħħa tar-riżultati”

Il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat irringrazzja lil dawk miġbura għall-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista, tas-solidarjetà li ntweriet mal-familja Muscat f’dawn is-sigħat.

Qal li qabel mar għal Xarabank, ma ħasx li kellu bżonn jipprepara wisq għax kien se jitkellem fuq il-verità kontra l-gideb. Qal li mhux se jkun dibattitu, imma se jħares lejn il-poplu Malti u jgħidlu l-affarijiet kif inhuma.

Il-Prim Ministru qal li s-saħħa u l-enerġija li qed iħoss illum qed ikunu implimentati.  Qal li llum ħarġet aħbar li ftit innotaw. Fi kliem il-Prim Ministru “hija aħbar li lili tagħtini raġuni oħra għaliex ninsab fil-politika”.

Aqra aktar

BUSUTTIL: MHUX IX-XOGĦOL TIEGĦI NĠIB IL-PROVI

 Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, se joħroġ in-nies fit-toroq anke jekk f’konferenza tal-aħbarijiet hu stess ammetta li m’għandux provi dwar dak allegat. Saħansitra, meta mistoqsi mill-ġurnalisti, jekk rax xi dokumenti jew għandux provi, Simon Busuttil qal li mhux xogħol il-Kap tal-Oppożizzjoni li jsib il-provi.
Fil-fatt, f’konferenza tal-aħbarijiet reġa’ appella għall-informazzjoni. Anke jekk ammetta li m’għandux provi, Simon Busuttil qal li l-Prim Ministru għandu jirriżenja u skont hu jekk ma jirriżenjax għandhom ineħħuħ id-deputati Laburisti.

Il-Maġistrat inkwirenti jibda b’ħidmietu

Il-Pulizija ssiġġilat il-bank Pilatus biex il-Maġistrat Inkwirenti li nħatar biex jinvestiga l-allegazzjonijiet fil-konfront tal-Prim Ministru jkun jista’ jwettaq ħidmietu. Kien il-Prim Ministru li lbieraħ iddikjara li l-konsulenti legali tiegħu talbu lill-Kummissarju tal-Pulizija biex il-Maġistrat tal-Għassa jibda investigazzjoni. Investigazzjoni li kollox jindika li nbdiet.

Il-Prim Ministru ħa dan il-pass wara li ċaħad kull allegazzjoni li kien hemm fil-konfront tiegħu u ta’ martu f’dik li ddeskriva bħala l-ikbar gidba politika. Ħabbar ukoll li se jieħu passi legali.

 

Ftehim li solva inġustizzji ta’ snin twal

L-aħbar li ġie ffirmat il-ħames ftehim Kollettiv tas-Servizz Pubbliku ma tistax ma ġġibx reazzjoni pożittiva fost dawk li jirrapreżentaw ħaddiema f’firxa sħiħa ta’ setturi. Qed nirreferu għall-unjins, li f’dan il-filmat tista’ tisma l-kummenti t’uħud mir-rappreżentanti tagħhom mumenti wara l-iffirmar tal-ftehim f’Kastilja.

Aqra aktar

“Il-ħidma tiegħi se tkompli tissoda għas-snin li ġejjin”

 “Wara li ċħadt l-ikbar gidba fl-istorja politika ta’ pajjiżna u tlabt lill-Avukati tiegħi sabiex jinstema’ libell b’urġenza tajt ukoll struzzjonijiet lill-Avukati tiegħi biex ikellmu lill-Kummissarju tal-Pulizija biex tibda inkjesta bil-Maġistrat Inkwerenti. Il-ħidma tiegħi wara llejla se tkompli tissoda għas-snin li ġejjin”.

Stqarr dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat f’intervent telefoniku fuq ONE lbieraħ filgħaxija.

Aqra aktar

LIVE: XANDIRA SPEĊJALI FUQ ONE

ONE HD u ONE RADIO qed ixandar xandira speċjali b’rabta mal-aħħar żviluppi fejn il-Prim Ministru Joseph Muscat ċaħad bl-aktar mod kategoriku dak li ġie allegat fl-aħħar sigħat minn Daphne Caruana Galizia u l-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista.

Il-Prim Ministru jirreaġixxi għal din l-allegazzjoni: 

Send this to a friend