Joseph Muscat | One News - Part 6

Notifiki

Il-PM Joseph Muscat se jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar Brexit minn Kastilja

Il-Prim Ministru Joseph Muscat mistenni jindirizza konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja dwar l-aħħar żviluppi b’rabta ma’ Brexit.

Il-konferenza tista’ ssegwiha fuq one.com.mt

F’għeluq sninu, il-PM jagħżel 10 diski favoritu biex jindaqqu fuq ONE Radio…..x’inhuma?

It Tlieta, 22 ta’ Jannar, 1974. Il-kanzunetti You’re Sixteen ta’ Ringo Starr u Tiger Feet ta’ Mud kienu qed jidwu fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku.

F’Malta, eżattament f’Burmarrad, bdiet tidwi il-bikja ħelwa ta’ tifel li 39 sena wara kellu jkun Prim Ministru ta’ Malta. Bniedem ta’ determinazzjoni qawwija imma bniedem li jaf jisma’. Joseph Muscat.

Lil hinn mill-politika, x’mużika jħobb jisma l-Prim Ministru?Aqra aktar

Malta ħafna aħjar minn ta’ għaxar snin ilu – il-PM

Fl-isfond li fuq il-midja soċjali għaddejja dik imsejħa ‘10 year challenge’, fiż-Żurrieq il-Prim Ministru Dr. Joseph Muscat tkellem dwar kif għaxar snin ilu l-kwistjoni prinċipali għall-poplu kienet il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Illum il-ġurnata l-poplu għandu rasu mistrieħa.

Quddiem folla mdaqqsa l-Prim Ministru semma kif 10 snin ilu l-ekonomija Maltija kienet staġnata u llum pajjiżna għandu ambjent ekonomiku b’saħħtu.

Hawn irrefera għal rapport tal-Forum Ekonomiku Dinji li għaxar snin ilu kien ikklassifika l-pajjiżna bħala l-71 pajjiż fid-dinja li għandu ambjent ekonomiku b’saħħtu.

“Illum mhux ninsabu l-aqwa fl-Ewropa imma saħansitra l-aqwa fid-dinja”, saħaq Dr. Muscat.
Semma kif għaxar snin ilu kullħadd kien jitbekka għax-xogħol, illum ġustament il-ħaddiema qed jitolbu kwalità ta’ xogħol aħjar għaliex in-narattiva tal-poplu nbidlet frott tal-bidla li nġabet minn dan il-Gvern.

“Għaxar snin ilu ma konniex nafu x’inhu surplus, konna nafu biss x’inhu defiċit”, qal il-Prim Ministru li żied jgħid, “Irridu ntellgħu ġenerazzjoni ta’ nies li defiċit ma jkunux jafu xi jfisser.”

Il-Prim Ministru saħaq li qabel min kien juża s-servizz taċ-childcare kien meqjus bħala sinjur.

“Illum kullħadd juża s-servizz taċ-childcare b’xejn”, qal il-Prim Ministru fost iċ-ċapċip ta’ dawk preżenti.

Bl-aġenda riformista ta’ dan il-Gvern semma wkoll kif inbidel għall-aħjar is-settur edukattiv u qal kif għaxar snin ilu ma kienx hawn trasport b’xejn għall-iskejjel u l-prezzijiet tal-uniformijiet kienu kkaratterizzati minn suq salvaġġ filwaqt li llum għandek prezz regolat għall-uniformijiet tat-tfal tal-iskola.

Il-Prim Ministru semma wkoll il-pensjonanti li kienu meqjusa foqra għaxar snin ilu u llum qed jirċievu żieda wara l-oħra.

B’rabta mal-pensjonanti semma s-settur tas-saħħa u qal kif għaxar snin ilu kien hemm l-mediċini ‘out of stock’ u llum din il-problema spiċċat.

Frott il-bidla li ġab dan il-Gvern, il-Prim Ministru spjega kif għaxar snin ilu, anki l-faqar kien qed jgħolli rasu u llum dan ġie indirizzat u naqas ferm.

Hawnhekk b’ton umli l-Prim Ministru qal li l-Gvern xorta huwa saqajh mal-art u quddiem din il-bidla pożittiva jagħraf li hawn min għandu sfidi u jrid ikun il-Gvern li jwieżen.

Il-Prim Ministru semma wkoll l-infrastruttura tal-pajjiż.

“Nistgħu nieħdu ritratt għat-10 year challenge tal-infrastruttura tal-pajjiż. Illum pajjiżna qed jinbidel u għas-snin li ġejjin se nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tal-pajjiż”, qal Dr. Joseph Muscat.

Semma wkoll it-turiżmu u qal kif għaxar snin ilu, iż-żieda fin-numru tat-turisti li żidnih din is-sena kien jiżdied f’sitta jew seba’ snin.

Il-Prim Ministru qal li għal din is-sena se nkunu qed nilħqu l-mira ta’ tliet miljun turist fis-sena.

Il-PM iħabbar li l-kumpanija Indjana Aurobindo se tkompli tinvesti u tespandi f’Malta

Kumpanija Indjana li taħdem fil-qasam tal-farmaċewtika u topera f’Malta se tinvesti tliet miljun ewro fuq riċerka fil-qasam tal-onkoloġija. Fl-aħħar sigħat tiegħu fi żjara li għamel fl-Indja l-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li l-kumpanija Aurobindo, li ilha ħmistax-il sena f’pajjiżna qed turi kif il-qasam tal-farmaċewtika f’pajjiżna għandu futur.

“Fost il-futur li għandhom, illum stess ħabbru l-Aurobindo, waħda mill-kumpaniji jekk mhux il-kumpanija Indjana ewlenija f’Malta fil-qasam tal-farmaċewtika li ħa jinvestu tliet miljuni oħra biex jillaunchjaw qasam ieħor tal-ittestjar ma’ dak li għandu x’jaqsam mal-kura għall-kanċer”.Aqra aktar

“Malta trid tkun bażi Ewropea għal kumpaniji Indjani fir-Renju Unit”- il-PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li huma bosta l-kumpanija Indjani li għal raġunijiet storiċi bbażaw f’Londra u qegħdin jaraw f’Malta bażi Ewropea minn fejn joperaw.

Dr Muscat qal dan waqt li kien qed jindirizza summit f’Gurajant, l-Indja.F’kummenti lill-ġurnalisti, il-Prim Ministru qal li waħda min-niċeċ li l-Brexit Taskforce ta’ Malta identifikat hija l-possibiltà li dawn il-kumpaniji jridu bażi ġdida f’pajjiż Ewropew.Aqra aktar

ARA: Il-PM Joseph Muscat f’laqgħa bilaterali mal-PM tal-Indja Narendra Modi

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kellu laqgħa bilaterali mal-Prim Ministru tal-Indja Narendra Modi waqt li qed jattendi s-Summit, Vibrant Gujarat 2019 f’Ahmedabad, Gurjarat, l-Indja.

Waqt din il-laqgħa ġew diskussi diversi punti ta’ interess għaż-żewġ pajjiżi fosthom il-qasam tal-farmaċewtika fejn f’pajjiżna hemm diġa’ presenza ta’ kumpaniji Indjani li jaħdmu fil-qasam. Ġew diskussi l-vantaġġi li toffri Malta f’dan il-qasam.Aqra aktar

“Is-suċċess għal pajjiżna kompla tul l-2018”- il-PM

Il-kwistjoni tal-immigrazzjoni mhux problema ta’ Malta biss u għandha tibda tiġi indirizzata sabiex ikun jista’ jinħoloq pjan fit-tul. Dan sostnieh l-Prim Ministru Joseph Muscat waqt li kien qiegħed jindirizza lill-Ambaxxaturi akkreditati għal Malta għall-għoti tal-awguri għas-sena l-ġdida fil-Berġa ta’ Kastilja.Aqra aktar

Il-PM Muscat f’laqgħa mal-Prim Imħallef Emeritu JJ Cremona

Il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru Owen Bonnici, żaru lill-ġurista u l-poeta Malti, il-Professur John J. Cremona, hekk kif għalaq 101.

Il-Prim Ministru Muscat kellu l-opportunità jisma’ l-esperjenzi ta’ Cremona li tul il-karriera tiegħu serva bħala Avukat Ġenerali u eventwalment bħala Prim Imħallef ta’ pajjiżna kif ukoll Imħallef u Viċi President tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem.Aqra aktar

Jattakkawh ta’ madwaru u jwaħħal f’Joseph Muscat

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li n-nies li qed jaqilgħu l-qlajjiet kontrih huma alleati ta’ Joseph Muscat u tal-Labour. Delia qal dan f’intervista fuq il-midja tal-Partit Nazzjonalista. Izda fl-stess nifs qal li dawn l-stess nies jippretenduha li huma l-paladini tal-ġustizzja. Delia ma jgawdix l-appoġġ tal-Grupp Parlamentari. U kif velat fil-gazzetti tal-Ħadd, hemm nies mill-kamp tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, li qegħdin jagħmlu minn kollox sabiex ma jiqbax Kap.Aqra aktar

Send this to a friend