Joseph Muscat | One News - Part 5

Notifiki

Il-PM Muscat f’laqgħa mal-PM Theresa May

Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa mal-Prim Ministru Ingliż Theresa May illum wara nofsinhar fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’Londra.

Iż-żewġ Prim Ministri ddiskutew l-aħħar żviluppi fuq il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Il-Prim Ministru kien f’Londra matul il-jum fejn iltaqa ma’ numru ta’ investituri li qed jikkunsidraw lil Malta bħala destinazzjoni għan-negozju tagħhom.

Il-Prim Ministru jagħmel sew isostni l-libell tiegħu kontra l-eredi ta’ Caruana Galizia – Alfred Sant

L-ex Prim Ministru Alfred Sant qal li il-Prim Miinistru Joseph Muscat għandu mija fil-mija raġun li jkompli jsostni l-libell tiegħu dwar il-każ tal-Egrant sakemm l-eredi tal-ġurnalista s-sinjura Caruana Galizia jibqgħu jiċħdu l-konklużjonijiet tal-inkjesta maġisterjali li nżammet dwar il-każ.

L-MEP Laburista qal li l-allegazzjonijiet li saru kontra l-Prim Ministru Muscat u l-familja tiegħu kienu ta’ natura kriminali mill-aktar serja. L-inkjesta sabet b’mod konklussiv li l-allegazzjonijiet kienu bbażati fuq “informazzjoni” falza jew fuq l-ebda prova. Min ma jaċċettax dan qed juri ħaġa waħda.

“Fir-realtà, id-diskors li nisimgħu dwar l-hekk imsejħa saltna tad-dritt mhu xejn ħlief paraventu biex jaħbi intenzjonijiet okkulti, partiġġjani, anzi klassisti li huma nieqsa minn kull sens ta’ trasparenza u fair play demokratiku.” qal Alfred Sant.

L-MFSA twitti t-triq biex tkun fost l-aqwa regolaturi tas-servizzi finanzjarji fl-Ewropa

L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji l-MFSA nediet il-viżjoni u l-istrateġija tagħha għat-tliet snin li ġejjin.

L-MFSA ppubblikat ukoll dokument ta’ konsultazzjoni dwar l-istrateġija tal-FinTech u pproponiet li tintroduċi ċentru ta’ innovazzjoni.

F’konferenza tal-aħbarijiet li matulha nediet l-immaġini l-dida tagħha f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan, il-Kap Eżekuttiv tal-MFSA Joseph Cuschieri qal li din il-viżjoni tiddefinixxi l-missjoni tal-Awtorità u l-viżjoni strateġika tagħha.

Huwa semma li din il-viżjoni hija msejsa fuq erba’ pilastri fosthom ir-riżors uman, it-teknoloġija, u aktar involviment tal-partijiet kkonċernati.Aqra aktar

“Din hija xi ħaġa li mmarkatli ħajti u l-ħajja ta’ familti”- il-PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ddikjara li lest iwaqqa’ l-kawża ta’ libell li fetaħ lill-blogger Daphne Caruana Galizia dwar il-gidba EGRANT. Dan kemm il-darba l-familja ta’ Caruana Galizia taċċetta l-konklużjonijiet tal-Inkjesta Egrant li ċċertifikataha bħala gidba.

Il-Prim Ministru qal dan fil-Qorti meta l-Ħamis filgħodu xehed f’kawża ta’ libell li fetaħ lil Caruana Galizia l-għada li allegat li l-kumpanija EGRANT hi ta’ martu Michelle.

Fil-bidu tas-seduta, Dr Muscat sostna li x-xewqa ewlenija tiegħu mhix li jirbaħ il-libell, iżda biss li tintlaqa’ l-verità li din kienet gidba. Madankollu l-familja ta’ Caruana Galizia rrifjutaw it-talba.Aqra aktar

It-tħejjijiet ta’ Malta f’każ ta’ Brexit mingħajr ftehim jinsabu fi stadju avvanzat- JM

Il-Prim Ministru Jospeh Muscat ħabbar il-pjan konkret tal-Gvern u t-tħejjijiet li għamlet Malta fl-aħħar xhur b’rabta mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unojni Ewropea fid-29 ta’ Marzu li ġej. F’konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja Dr Muscat qal li hemm probabbiltaà kbira li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea bla ftehim.

Qal li fl-aħħar xhur Malta ħejjiet pjan għal din l-eventwalità u  li Malta qed tagħmel dan bi swied il-qalb għax qed titlef wieħed mill-aqwa msieħba Ewropej.Aqra aktar

Send this to a friend