Joseph Muscat | One News - Part 3

Notifiki

Il-PM jipproponi bidla fil-liġi biex ulied adottati jsiru Maltin b’mod awtomatiku

Waqt l-ewwel konferenza Nazzjonali dwar l-adozzjonijiet il-Prim Ministru saħaq li l-Gvern se jressaq proposta għall-bidla fil-liġi biex ulied adottati jieħdu ċittadinanza Maltija awtomatikament. Preżentament il-ġenituri adottivi jridu jmorru l-Qorti u jiftħu proċess biex jiksbu ċ-ċittadinanza Maltija għal dawk li jkunu adottaw b’tant imħabba.

“Għalija hija xi ħaġa bla sens li dawn l-ulied ma jiġux stmati bħall-ulied oħra”, saħaq il-Prim Ministru f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan. “Dawn it-tfal m’għandhom xejn inqas minn oħrajn, għandhom ikollhom dinjità bla ebda distinzjoni”, qal b’tant emozzjoni l-Prim Ministru. Żied jgħid li b’din l-emenda fil-liġi nnaqqsu skariġġ żejjed wara tant taqtigħ ta’ qalb li l-ġenituri jkunu għaddew minnu. Dr Muscat semma l-għotja ta’ €10,000 li qed jirċievu l-familji li jadottaw.Aqra aktar

“Id-deċiżjonijiet li jieħu dan il-Gvern huma ta’ responsabbiltà u fl-aħjar interess ta’ pajjiżna”- il-PM

F’sitwazzjonijiet diffiċli, dan huwa Gvern li jieħu deċiżjonijiet ta’ prinċipju u li huma fl-aħjar interess tal-poplu.

Hekk beda d-diskors tiegħu l-Prim Ministru Joseph Muscat fiċ-Ċentru Laburista fil-Mellieħa, b’referenza għal każ tal-vapur Alan kurdi, li sa’ din il-ġimgħa stess kien jinsab ftit il-barra mill-ibħra Maltin b’64 persuna abbord.

Il-Prim Ministru tenna li għalkemm din il-problema ma ħolqitiex Malta, sitwazzjoni bħal din kienet ta’ pressjoni fuq pajjiżna. Pressjoni li wasslet sabiex ċerti ndividwi ppruvaw jpinġu lil poplu Malti bħala poplu bla qalb.Aqra aktar

“L-estensjoni trid tkun waħda sensibbli” – il-PM

Kwalunkwe estensjoni li kapaċi tingħata dwar Brexit għandha tkun waħda sensibbli. Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat f’kummenti lill-ġurnalisti, ftit qabel ma beda summit ta’ emerġenza fi Brussell li ssejjaħ wara li Theresa May talbet estensjoni sat-tletin ta’ Ġunju li ġej dwar Brexit.

Aqra aktar

Moviment li jaħseb b’mod nazzjonali u li ma jibnix ħitan

Is-suċċess ta’ pajjiżna hu riżultat ta’ moviment li jaħdem b’mod nazzjonali u li ma jibnix ħitan.

Kien dan il-messaġġ tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, f’Jum il-Ħelsien. Fl-Imtarfa sostna li l-31 ta’ Marzu huwa jum li verament jibni u jagħmilna l-poplu li aħna. Jum li għandna nħarsu lejh mhux bies inġellduh ma’ jiem oħra, b’mod partikolari kisbiet bħall-Indipendenza u r-Repubblika imma biex niċċelebraw tranżizzjoni sħiħa li għamel pajjiżna fl-aħħar snin.Aqra aktar

“Dan huwa moviment li ma jibnix ħitan”- il-PM

Dan huwa moviment li qed iġib is-suċċess sforz l-għaqda u billi ma jibnix ħitan. Fiċ-ċentru Ċiviku tal-Imtarfa l-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar it-transizzjoni kbira li għamel pajjiżna tul is-snin. Propju fl-Imtarfa, il-post marbut mal-preżenza militari Ingliża, Dr. Muscat tkellem dwar il-kisba tal-Ħelsien t’erbgħin sena ilu.

Semma l-kullana ta’ kisbiet kostituzzjonali li pajjiżna ra tul is-snin. Il-mexxej Laburista saħaq li dan il-moviment irnexxielu jneħħi l-firda fejn parti ta’ poplu kienet tħoss li l-Ħelsien huwa jum tagħha u ħaddieħor jarah li mhux tiegħu.Aqra aktar

Send this to a friend