Joseph Muscat – Page 2 – One News

Notifiki

Futur b’saħħtu għall-Partit Laburista u l-pajjiż

Mistoqsi dwar il-ġejjieni f’mument fejn il-Partit Laburista qed jaħtar Mexxej ġdid, Joseph Muscat qal: “Jien konvint li fi żmien li ġej il-Partit Laburista se jkun qed jissaħħaħ u Malta se tkun għaddejja u miexja ‘l quddiem. Għandi din il-konvinzjoni kemm għax naf il-programm li ġejna eletti fuqu bħala pajjiż… u t-tieni nett għax naf kemm lil Chris Fearne u lil Robert Abela. Naf li dawn huma żewġ persuni li jafu jmexxu ‘l pajjiż ‘il quddiem.”  Aqra aktar

L-Eżekuttiv Nazzjonali b’vot ta’ fiduċja unanimu fil-Prim Ministru

L-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista, b’rappreżentanza tal-fergħat kollha tal-Partit Laburista, ta vot ta’ fiduċja unanimu lill-Prim Ministru.

L-Eżekuttiv Nazzjonali ħa nota tad-deċiżjonijiet li ttieħdu fl-aħħar sigħat u l-vot ittieħed waqt laqgħa fejn b’sens ta’ responsabbiltà saret diskussjoni dwar l-iżviluppi fil-pajjiż fl-aħħar sigħat.

Send this to a friend