Joseph Muscat | One News - Part 13

Notifiki

It-tieni jum ta’ SFIDA GĦAXRA

Illum, waqt il-programm Pjazza, tkompli sfida għaxra. Sfida li qed tara l-produzzjoni ta’ Pjazza tilħaq il-mira li tiġbor €10,000 għall-Partit Laburista fil-ħames edizzjonijiet tul din il-ġimgħa.Aqra aktar

Qed nibnu l-Partit ta’ għada – Il-PL b’sejħa għall-voluntiera

Lejlet ġimgħa impenjattiva għall-Partit Laburista, li fost oħrajn se tara l-Partit Laburista jimmarka l-kisbiet li saru fl-aħħar 10 snin, il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Randolph De Battista, tkellem mal-gazzetta KullĦadd kif l-għan aħħari ta’ dak kollu li qed isir huwa li l-Partit Laburista jsir il-Partit ta’ Għada. “Malta ta’ Għada trid tinbena minn dan il-Partit u biex nagħmlu hekk irridu nassiguraw li nkunu l-Partit ta’ Għada,” qal De Battista mal-gazzetta KullĦadd meta wieġeb ukoll sensiela ta’ domandi dwar l-attivitajiet li ġejjin.

F’dawn il-jiem il-Partit Laburista qed jagħżel it-tema #JM10. Għaliex? 

M’hemmx dubju li t-tmexxija ta’ Joseph Muscat fissret affarijiet differenti għal nies differenti. Min seta’ jsir ġenitur għall-ewwel darba u min seta’ jiżżewweġ lil min iħobb. Min ħareġ mill-faqar u min reġa’ beda jaħdem għax gawda minn childcare b’xejn.

Kulħadd se jinterpreta t-tmexxija ta’ Joseph Muscat mil-lenti tiegħu u minn dak li laqat lilu personalment. Għalhekk għażilna tema li timmarka dawn l-10 snin iżda li tħalli għall-interpretazzjoni ta’ kull ċittadin Malti biex jagħżel x’affettwah l-iktar u għaliex iħoss li għandu jkun magħna fl-attivitajiet li qed norganizzaw

Qed targumentaw li din mhix kwistjoni ta’ nostalġija. Xi tridu tgħidu biha?

Ifisser li se nħarsu ’l quddiem iktar milli nħarsu lura. Dak li ksibna fl-aħħar 10 snin hu biss il-bidu, il-pedament. Irridu nibnu Malta ta’ Għada u biex nagħmlu dan qed insejħu iktar nies jingħaqdu mal-Partit Laburista. Il-Partit Laburista hu l-bażi ta’ kollox. Għalhekk il-bżonn ta’ volontiera ġodda biex inġeddu l-ħidma tal-partit u nżommuh ħaj.

Min jista’ jkun volontier?

Kulħadd. Nies ta’ kull età. Nies ta’ kull livell ta’ edukazzjoni. Nies li għandhom siegħa fil-ġimgħa x’joffru daqskemm nies li jistgħu joffru ferm iktar ħin. Hemm spazju u rwol għal kulħadd għaliex il-volontiera huma l-kolonni ta’ dan il-Partit.

Iżda, x’tip ta’ xogħlijiet hemm bżonn?

Xogħlijiet diversi. Tista’ timmaġina l-attivitajiet kbar li norganizzaw kemm jinvolvu ħin. Illum il-partiti politiċi huma daqs kumpanija kbira bid-differenza li jiddependu ħafna fuq il-ġenerożità tan-nies. F’dan il-każ qed nitolbu li n-nies ikunu ġenerużi b’ħinhom.

Jistgħu jgħinu mill-armar sa xogħol klerikali u anke kitba fl-artikli. Minn xogħol ta’ telefonati għal xogħol ta’ bejgħ ta’ merchandise. Minn tħejjija ta’ materjal politiku għal involviment fil-loġistika ta’ attivitajiet tal-massa. Hemm oqsma li jistgħu jkunu n-nies li jiġu u jipproponuhom. M’aħna se nagħlqu l-bieb lil ħadd.

Qed nistiednu lin-nies jiġu fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista nhar is-Sibt f’xi ħin bejn id-disgħa ta’ filgħodu u s-sagħtejn ta’ waranofsinhar.

Però se tkunu qed tfittxu wkoll ir-riżors finanzjarju b’maratona ġbir ta’ fondi. Għaliex maratona f’nofs is-sena?

Is-sena li għaddiet kellna elezzjoni ġenerali u s-sena d-dieħla għandna elezzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali ma’ Malta u Għawdex kollha. Hija l-ewwel darba li l-elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali se jsiru f’darba waħda. Mela rridu nibdew nippreparaw minn issa għall-isfidi li għandna quddiemna.

Nassigurak li għaddejjin b’livelli differenti ta’ tħejjija u kif tista’ timmaġina ma’ kull ħaġa li tmiss tintebaħ kemm għandek bżonn flus. Għalhekk l-appelli qed jibdew minn issa.

Wieħed kif se jkun jista’ jgħin fil-ġbir ta’ fondi?

Hemm diversi modi. Bħalissa l-membri tal-kumitati qegħdin iduru bieb bieb. Nappellaw li d-donazzjoni tingħata lilhom direttament. Din hi wkoll okkażjoni tajba biex inżommu kuntatt man-nies.

Naturalment dawn ma jilħqux imorru f’kull dar mal-pajjiż kollu u għalhekk wieħed jista’ jżur ukoll iċ-Ċentru Laburista tal-lokal u jħalli donazzjoni hemm lill-persuni awtorizzati. Imbagħad kulħadd mistieden iżur iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista bħal-lum ġimgħa, filwaqt li għal min ma jkunx possibbli li jiġi personalment jista’ jċempel fuq numri li jidhru fir-reklami relevanti.

Żgur li l-maratona ġbir ta’ fondi ta’ nhar il-Ħadd li ġej mhux ta’ min jitlifha.

X’inhu l-għan tal-Partit Laburista għaż-żmien li ġej?

L-għan tal-Partit Laburista hu li jibqa’ l-ikbar forza politika f’pajjiżna b’mod li jkun f’pożizzjoni li jfassal u jimplimenta l-futur. Li joffri l-ħolm lill-Maltin u lill-Għawdxin. Il-Malta ta’ Għada mhix biss slowgan. Il-Malta ta’ Għada hija l-għan li naħdmu ta’ kuljum għalih miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista daqskemm minn Kastilja. Fiż-żmien li ġej irrid nara ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista ħaj ta’ kuljum bħal kif ikun fil-ġimgħa tal-konferenza ġenerali jew fi żmien kampanja elettorali. Diġà qed isir ħafna xogħol. Imma hemm iktar x’jista’ jsir u biex dan jitwettaq għandna bżonn ir-riżors finanzjarju u uman. Għalhekk qed inħares lejn il-jiem li ġejjin bħala jiem kruċjali.

Imbagħad il-qofol se jintlaħaq fis-6 ta’ Ġunju. X’jistennew in-nies f’Raħal Ġdid?

Jiddeċiedu huma.

X’jiġifieri?

Se niċċelebraw il-kisbiet tal-aħħar 10 snin. Se nħarsu ’l quddiem. Kemm se tkun kbira l-attività u x’forma se tieħu jiddependi min-nies. Jien nemmen li kulħadd għandu raġuni għaliex fis-sitta ta’ Ġunju jkun magħna fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid. U kif għidt diġà, raġuni mhux bħal oħra. Għalhekk se jiddeċiedu n-nies.

X’taħseb li se jiddeċiedu?

Li jkollna festa ta’ ċelebrazzjoni kbira.

Fis-seħħ waħda mill-isbaħ proposti tal-manifest elettorali

 

“Din il-ġimgħa rnexxielna ndaħħlu fis-seħħ waħda mill-isbaħ proposti tal-manifest elettorali.” Iddikjara dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, f’kollegament telefoniku fuq ONE Radio.

Hu kien qed jirreferi għall-miżura li permezz tagħha  dawk il-koppji li jiddeċiedu li jadottaw ikunu mgħejjuna b’għotja ta’ €10,000.

Aqra aktar

Muscat Lagħab azzard politiku

Il-Professur fl-Università ta’ Wisconsin fl-Istati Uniti, John Baldacchino, kiteb dwar kif sa mill-bidu tat-tmexxija tiegħu Joseph Muscat kien lest li jilgħab dak li ddeskriva bħala “azzard politiku.”

Aqra aktar

ARA: Għandu jingħata sinjal biex pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jisseħbu fl-UE – il-PM

Fl-istess waqt li għandu jkun hemm reżistenza biex il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jissieħbu fl-Unjoni Ewropea qabel jissodisfaw għadd ta’ kriterji, għandu jingħata sinjal biex ikun hemm negozjati magħhom, qal il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt li indirizza s-summit li qed ilaqqa’ għall-ewwel darba wara aktar minn ħmistax-il sena lill-pajjiżi Ewropej mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent.

Aqra aktar

ARA: Joseph: 10 snin mexxej

L-analiżi politika teħtieġ għejun li jvarjaw daqs il-firxi kumplessa tar-realtà, minn statistiċi bierda sal-wikileaks, minn pubblikazzjonijiet uffiċjali sa xhud ħajjin, minn rappurtaġġ grafiku sa studji ta’ riċerka. Dan il-ktieb ġdid, ippubblikat mill-SKS, hu maħsub li jagħti sehem fl-evalwazzjoni intelliġenti tat-tmexxija ta’ Joseph Muscat fit-tmexxija tal-Partit Laburista u tal-gvern Malti.

Aqra aktar

ARA: ESTIŻA L-KONSULTAZZJONI TAR-RIĊIKLAĠĠ TAL-FLIEXKEN TAL-PLASTIK

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li se tiġi estiża l-konsultazzjoni pubblika dwar l-iskema ta’ rifużjoni ta’ flus fuq il-fliexen tal-plastik sal-aħħar ta’ Ġunju bil-għan li l-kumpaniji jkollhom perjodu itwal biex iressqu l-proposti tagħhom.

Il-Prim Ministru qal dan fi żjara li għamel fil-birrerija ta’ Farsons fl-okkażjoni tad-disgħin sena mill-bidu tal-operat tagħha.

Aqra aktar

Gvern tas-serħan il-moħħ

Joseph Muscat dalgħodu f’ Tas-Sliema spjega kif f’pajjiżi oħra d-deċiżjoni tal-gvern Amerikan li joħroġ mill-ftehim mal-Iran ħalliet diskussjoni dwar kif il-prezz taż-żejt tela’ fl-ogħla livell tiegħu għal snin sħaħ. Dan bl-effett li kumpaniji tal-enerġija madwar id-dinja qed jaraw kif fi żmien li ġej se jkollhom iżidu mill-ġdid il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Aqra aktar

Il-PM jitkellem dwar il-weġgħat li jħossu nisa li jixtiequ jsiru ommijiet

F’diskors fiċ-Ċentru Laburista ta’ Tas-Sliema f’ġurnata li tfakkar u tiċċelebra l-ommijiet, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal kif din is-sena huwa jum aktar sinifikanti.

Dan fi sfond ta’ Gvern li qed jiġġieled biex jagħti aktar opportunità lil iżjed nisa isiru ġenituri. Gvern li qed jagħti tama, vuċi u futur lil mijiet ta’ familji.

Aqra aktar

Send this to a friend