Joseph Muscat | One News - Part 12

Notifiki

Filmat: L-Oppożizzjoni tkompli tqarraq

Meta kien qed jindirizza attività politika fil-Gżira, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem ukoll dwar il-mod kif l-Oppożizzjoni qed tqarraq fir-reazzjoni tagħha għal budget.

Spjega kif l-Oppożizzjoni pruvat tagħti l-impressjoni li dawk bil-paga minima se jieħdu biss iż-żieda tal-għoli tal-ħajja, li kif stabbilita bi qbil bejn l-imsieħba soċjali hi ta’ €2.33.

Filwaqt li fakkar li ħadd m’hu se jagħmel iżjed minn sena bil-paga minima, il-Prim Ministru qal li dawk li jaqilgħu l-inqas se jieħdu iżjed minn sempliċiment iż-żieda fil-għoli tal-ħajja. Aqra aktar

“L-uniku żbilanċ sar fil-konfront tal-Prim Ministru”- il-PL

Fil-Qorti llum il-Prim Ministru tela’ jixhed u jwieġeb mistoqsijiet dwar każ li llum nafu bil-provi li kien gibda.

Il-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant huma ċari u inekwivoċi. Din hi gidba bbażżata fuq dokumenti foloz u firem li ma jeżistux. Gidba li mhux biss waslet għal riperkussjonijiet fuq il-familja tal-Prim Ministru, iżda anke fuq il-pajjiż.Aqra aktar

Il-PM f’laqgħa ma Pieter Omtzigt

Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mar-rapporteur tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u l-istat tad-dritt f’Malta, Pieter Omtzigt, kif mitlub minnu stess.Aqra aktar

ARA: “Id-daqs ta’ Malta mhux rifless fl-ambizzjoni u s-suċċess tal-pajjiż”- il-PM

It-tkabbir ekonomiku f’Malta kien minn tal-anqas id-doppju ta’ dak fl-Unjoni Ewropea, filwaqt li r-rata ta’ impjieg f’Malta hija kważi erba’ darbiet aktar minn dik fl-Unjoni Ewropea. Dan filwaqt li d-daqs ta’ Malta ma kienx rifless fl-ambizzjoni tal-pajjiż, u fis-suċċess ekonomiku.

Dan kien is-sentiment li bih il-Prim Ministru Joseph Muscatr indirizza konferenza organizzata mill-EY li fiha kien ippreżentat ir-rapport annwali tal-kumpanija. Dan fil-preżenza ta’ diversi investituri barranin.Aqra aktar

Send this to a friend