Joseph Muscat – Page 103 – One News

Notifiki

Deċiżjoni ċara

Il-bieraħ ħadt nifs ta’ mistrieħ meta smajt lill-Prim Ministru jgħid li ma jħossux komdu jagħti aktar art verġni lill-Freeport biex ikabbar l-operat tiegħu, speċjalment art li tkun viċin ir-residenti.

Mhux faċli li tieħu deċiżjoni simili iżda issa intqalet iswed fuq l-abjad. Madanakollu l-Prim Ministru ma waqafx ma dik id-deċiżjoni, anzi, Joseph Muscat offra alternattiva oħra sabiex jiġi żgurat li l-Freeport ikun jista’ jilqa’ għall-isfidi tiegħu u tal-pajjiż u fl-istess ħin bl-inqas inkonvenjent għar-residenti. Il-kunċett li Malta ssir hub loġistiku ilha miktuba fuq il-ħajt u għalhekk il-Gvern irrisponda billi identifika sit fiż-żona ta’ Ħal Far li se tkun qed tintuża bħala ċentru loġisitiku.

Aqra aktar

“Kienu sitt xhur ta’ sfidi iżda sodisfatt bix-xogħol tal-Gvern”

Għaddejna minn 6 xhur ta’ sfidi iżda sodisfatt bix-xogħol tal-Gvern, ksibna r-riżultati u qed inwettqu l-affarijiet li qed jistennew in-nies. Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat waqt li kien qed jindirizza s sessjoni Gvern li Jisma’.

Joseph Muscat rrefera għall-politika tal-Gvern fejn jidħol x xoghol u qal li bħalissa f’Malta hawn nofs  il-qghad li wiret il-Gvern. Żied jgħid li r-riżultati pożittivi fil-qasam tax-xogħol qed iwasslu għal inqas taxxi, iktar pensjonijiet b’saħħithom u iktar distribuzzjoni ta’ ġid.Aqra aktar

Żviluppaturi Maltin bi proposti għall-baġit tas-sena d-dieħla

Il-Prim Ministru dalgħodu ltaqa’ ma’ rappreżentanti tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin, li preżentaw proposti tagħhom għat-tfassil tal-baġit tas-sena d-dieħla. Qalu li l-proposti huma maħsuba biex tingħata importanza lill-ambjent. Mistennija wkoll ikun hemm emfasi fuq min jixtieq jixtri t-tieni propjetà, wara li kienet ta’ suċċess kbir l-iskema ta’ ‘first time buyers’ għal min jixtri l-ewwel propjetà tiegħu. 
Joseph Muscat qal li l-baġit għas-sena d-dieħla se jkun wieħed ta’ kontinwità u li fih m’hemmx sorpriżi. Se jkun maħsub biex jistimola l-ekonomija u l-investiment, b’emfasi fuq id-distribuzzjoni tajba tal-ġid. Stqarr li fadal aktar lok għal tkabbir u ideat innovattivi, bħat-tfassil ta’ master plan għaż-żona ta’ San Ġiljan.  Dan joffri ċertezza lill-iżviluppatur u l-investitur, u jnaqqas deċiżjonijiet sporadiċi. 

Busuttil bidel id-diska wara pressjoni interna

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, ċeda għall-pressjoni interna u bidel id-diska fuq ir-reazzjoni tal-Prim Ministru għar-riżultat tar-referendum fir-Renju Unit. Wara li s-Sibt qabbel lill-Prim Ministru ma’ Nigel Farage, fil-Parlament spiċċa qabel mal-Prim Ministru. Id-dettalji fil-filmat.

Aqra aktar

L-istabbiltà ma tiġix mix-xejn

F’dawn l-aħħar jiem wieħed seta’ jħoss iktar kemm deċizjoni żbaljata tista’ ġġib instabbilità kbira f’pajjiż.  Qegħdin ngħixu żminijiet fejn fl-Ewropa ninnotaw pajjiżi li l-ekonomija tagħhom mhix daqshekk stabbli u saħansitra ninnotaw ukoll pajjiżi ġirien fejn hemm beżgħat kbar minħabba attakki terroristiċi li seħħ fuqhom.Aqra aktar

Il-Prim Ministru Taljan ifaħħar u jikkwota kliem Joseph Muscat

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fi tmiem is-Summit Ewropew li ddiskuta l-vot biex ir-Renju Unit toħroġ mill-Unjoni Ewropea, il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi kkwota u faħħar il-pożizzjoni tal-Prim Ministru Malti Joseph Muscat.

Renzi kien mistoqsi minn ġurnalist ta’ Bloomberg jekk jemminx li l-pajjiżi Ewropej għandhom jadottaw strageġija riġida mar-Renju jew inkella jkunu aktar lesti għan-negozjar. Hawn Renzi kkwota lil Prim Ministru Malti Joseph Muscat qal li l-Ewropa teħtieġ li tkun ċara fi kliemha, aktar milli severa.

Malta qed tisħaq li r-Renju Unit irid ikun ittrattat bħala sieħeb mill-qrib tal-Unjoni Ewropea imma bħala third country u mhux membru. Jekk ir-Renju Unit irid ikollu aċċess sħiħ għas-suq waħdieni Ewropew, u b’hekk il-fabbriki u l-banek tiegħu jkomplu joperaw madwar l-Ewropa, irid ikun hemm aċċetazzjoni mill-istess Renju Unit li jipprovdi libertà tal-movimenti, iġifieri tal-persuni, tal-prodotti, tas-servizzi u tal-kapital.

Aqra aktar

Beda ż-żmien ta’ riflessjoni għall-UE

Il-mexxejja Ewropej kollha qed jifmhu li l-mod kif taħdem l-Unjoni Ewropea trid tinbidel kif qed jinbidlu ċ-ċirkustanzi fl-Istati Membri.
Id-diskussjoni ma kinitx waħda ewforika, sostna l-Prim Ministru Joseph Muscat, f’ konferenza tal-aħbarijiet wara li ntemm il-Kunsill Ewropew, li saħansitra iddeskriva d-diskussjoni tal-bieraħ filgħaxija bħala waħda mill-iktar diskusjsonijiet Ewropej proattivi.

Send this to a friend