Joseph Muscat | One News

Notifiki

Impenn biex il-prezzijiet jibqgħu stabbli u baxxi

Kif għamel f’dawn is-seba’ snin il-Gvern se jibqa’ jaħdem biex jistabbilizza l-prezzijiet, u biex fejn hu possibbli, dawn dejjem jonqsu u jibqgħu stabbli. Kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat meta f’intervista fuq ONE Radio il-Ħadd filgħodu tkellem dwar iż-żieda fil-prezz tal-fjuwil. Bħal dejjem l-impenn tal-gvern se jibqa’ li jżomm il-prezzijiet stabbli u kemm jista’ jkun baxxi.

Il-Prim Ministru qal li “Il-gvern, kif għamilna f’dawn is-seba’ snin, dejjem ikun qed hemm biex jistabilizza l-prezzijiet u biex il-prezzijiet, fejn hu possibbli, dejjem jonqsu u jibqgħu stabbli. Il-gvern ma jistax jieħu lezzjonijiet mingħand min kien jgħolli l-prezzijiet kull xahar minkejja li jkun hemm roħs kull xahar.

Dan filwaqt li spjega li iż-żieda ta’ din il-ġimgħa kienet iddettata mill-prezz internazzjonali taż-żejt, saħaq dwar l-obbligu tal-gvern li ma jkunx hu li jżied il-piżijiet.

Joseph Muscat sostna:“Fl-aħħar żewġ baġits dan il-gvern għamel xi ħaġa bla preċedent, ma żiedx taxxi. Inħares ‘il quddiem biex fil-baġit li ġej inkomplu nwieżnu, inkomplu ngħinu lil dawk li huma l-iktar fil-bżonn”.

Mistoqsi dwar il-koperazzjoni tal-Gvern Malti biex immigranti interċettati minn vapur Ġermaniż jittieħdu f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea, il-Prim Ministru qal li din kienet deċiżjoni ta’ sens komun.

Hawn fisser kif il-gvern Ġermaniż iddiskuta mal-Kummissjoni Ewropea  u pajjiżi oħra biex ikunu huma li jieħdu dawn in-nies.

Il-Prim Ministru tenna li “sitwazzjoni bħal dik fejn pajjiżna ma jitgħabba b’ebda piż, imma juri rieda tajba, rieda tajba internazzjonali li tgħin ħafna r-reputazzjoni ta’ pajjiżna, jien ħassejt li b’mod responsabbli, anke għaliex tkun kwistjoni umanitarja, ngħid iva”.

Il-Prim Ministru kkummenta wkoll dwar is-sentenza tal-Qorti fil-każ skandaluż tal-art tal-Lowenbrau. Fakkar li kieku sentenza bħal din ingħatat fuq lil ħadd ieħor li Azzopardi ma tantx għandu grazzja miegħu, kien joħroġ jgħid li għandu jirreżenja. Huwa nnota wkoll li l-Kap tal-Oppożizzjoni fl-ewwel ċans li kellu biex juri li qabad il-barri minn qrunu, żamm kwiet ukoll.

Il-Prim Ministru temm: “Żewġ qrati kkonfermaw li hemm responsabbiltà politika, ħafna kbira, li għandha tintrefa’ minn Jason Azzopardi. Kif qalet il-Qorti, irid jew ma jridx Jason Azzopardi għandu jifhem li kellu jġorr ir-responsabbiltà politika ta’ dak li ġara under his watch”.

 

 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni żamm kwiet fuq każ skandaluż

Il-Prim Ministru kkummenta wkoll dwar is-sentenza tal-Qorti fil-każ skandaluż tal-art tal-Lowenbrau.  “Dan id-deputat tal-PN, Dr Jason Azzopardi, li kieku sentenza bħal din ingħatat fuq xi ħadd ieħor, ma ngħidx xi ħadd mill-Partit Laburista, anke xi ħadd mill-Partit Nazzjonalista stess li ma tantx għandu grazzja miegħu, minjaf kemm kien joħroġ jgħajjat li dak għandu jirriżenja,” qal Joseph Muscat li rrefera kif il-Kap tal-Oppożizzjoni fl-ewwel ċans li kellu biex juri li qabad il-barri minn qrunu żamm kwiet ukoll. Aqra aktar

Ħidma biex il-futur ikun aħjar mil-lum

Il-Gvern baqa’ għaddej bil-ħidma tiegħu bil-għan li tkun imtejba l-infrastruttura tal-pajjiż. Infrastruttura li kif spjega l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, mhijiex marbuta biss mat-toroq ġodda li fuqhom għaddej xogħol kbir. Aqra aktar

Send this to a friend