Joseph Cuschieri – One News

Notifiki

L-Ambaxxata tal-Istati Uniti f’Malta u l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta jospitaw it-Tieni Forum dwar l-Integrità Finanzjarja

L-Ambaxxata tal-Istati Uniti flimkien mal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) organizzat it-tieni iterazzjoni tal-Forum dwar l-Integrità Finanzjarja.  Il-Forum ġab flimkien istituzzjonijiet finanzjarji ewlenin, mexxejja tas-settur privat, u regolaturi finanzjarji tal-Gvern biex jiddiskutu l-qsim ta’ informazzjoni pubblika-privata. Aqra aktar

L-MFSA twitti t-triq biex tkun fost l-aqwa regolaturi tas-servizzi finanzjarji fl-Ewropa

L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji l-MFSA nediet il-viżjoni u l-istrateġija tagħha għat-tliet snin li ġejjin.

L-MFSA ppubblikat ukoll dokument ta’ konsultazzjoni dwar l-istrateġija tal-FinTech u pproponiet li tintroduċi ċentru ta’ innovazzjoni.

F’konferenza tal-aħbarijiet li matulha nediet l-immaġini l-dida tagħha f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan, il-Kap Eżekuttiv tal-MFSA Joseph Cuschieri qal li din il-viżjoni tiddefinixxi l-missjoni tal-Awtorità u l-viżjoni strateġika tagħha.

Huwa semma li din il-viżjoni hija msejsa fuq erba’ pilastri fosthom ir-riżors uman, it-teknoloġija, u aktar involviment tal-partijiet kkonċernati.Aqra aktar

Imut missier l-aħwa Cuschieri

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tat-03:00, ħalla din id-dinja s-Sur Joseph Cuschieri missier Emanuel (Xandar) u Joseph (Ambaxxatur ta’ Malta għall-Greċja) Cuschieri.

Hu ħalla din id-dinja fl-età ta’ 82 sena. Il-Funeral se jsir għada l-Ġimgħa fis-14.00pm fil-Knisja tal-Balluta.

F’kummenti li ta lil ONE News, Emanuel Cuschieri rringrazzja lill-Prim Ministru Joseph Muscat tas-sostenn li tah u l-kuraġġ tul dan il-vjaġġ iebes.

F’isem it-tim kollu ta’ ONE News, insellmu l-memorja ta’ din il-persuna u nagħtu l-kondoljanzi lill-familjari.

Ħajta li ma nqatgħetx

• Mit-tè tas-serħan il-moħħ għal xampanja ta’ ċelebrazzjoni

• 125 kumpanija tal-gaming jistennew il-liċenzja Hemm għexieren ta’ kumpaniji fis-settur tal-gaming jistennew li l-ġurisdizzjoni

Malta tagħtihom permess biex joperaw f’pajjiżna. Biex dawn qed iġibu fix-xejn id-diskors ta’ qabel l-elezzjoni mill-oppożizzjoni u dawk fl-establishment li jappoġġjawh. F’intervista ma’ Joe Borg, il-qassis tar-Radju tal-Knisja qrib ħafna tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, kien qal li s-servizzi finanzjarji u tal-gaming f’pajjiżna kienu qegħdin fuq ħajta. Ħajta li skont hu setgħet tinqata’ li kieku reġa’ tela’ fil-gvern Joseph Muscat. Saħansitra f’dibattitu ma’ Joseph Muscat, il-Kap tal-Oppożizzjoni kien qal li kellu SMS ta’ kumpanija li kienet lesta titlaq minn Malta li kieku Joseph Msucat reġa’ nħatar Prim Ministru.Aqra aktar

Sena rekord fil-gaming – kumpanija ġdida dalwaqt f’Malta

Rapport tal-Awtorità Maltija tal-Gaming juri kif l-ewwel nofs ta’ din is-sena żdiedu l-ammont ta’persuni li jaħdmu f’dan il-qasam b’31%.

Fl-istess waqt kompla jikber l-interess ta’ kumpaniji Maltin fil-qasam tal-gaming, biex jibdew joperaw minn pajjiżna.

Infatti kumpanija kbira mill-Istati Uniti fil-qasam tal-gaming mistennija tibda tħaddem bażi f’Malta minn kmieni s-sena d-dieħla

Żvela dan ma’  One News mic-Chairman eżekuttiv tal-Malta Gaming Authority Joseph Cuschieri, meta kien qed jikkummenta wkoll fuq ir-rapport  dwar ir-riżultati tal-industrija fl-ewwel sitt xhur tas-sena.

Aqra aktar

Settur regolat li qed jikber

F’pajjizna hawn mas-6,000 persuna li jaħdmu fis-settur tal-gaming, u mal-mitejn u ħamsin kumpanija tal-gaming liċenzjati.

Liċenzji li biex inkisbu, l-operaturi għaddew minn proċess ta’ skrutinju dettaljat li jsir minn uffiċjali tal-Awtorità Maltija għall-Logħob.

Iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Awtorità għal-Logħob Joseph Cuschieri spjegalna l-proċess ta’ due diligence li jsir ma kull applikazzjoni li tirċievi l-awtorità.Aqra aktar

Send this to a friend