Joseph Calleja | One News

Notifiki

Diskursata ma’ Joseph Calleja

It-tenur magħruf Joseph Calleja se jżur il-Mużew Il-ĦAĠAR fi Pjazza San Ġorġ, Victoria nhar il-Ġimgħa 30 ta’ November biex jagħti ħarsa  lejn il-karriera illustri tiegħu fi djalogu publiku mis-6.30pm. Se jintervistah Steve Mallia.

Aqra aktar

Spettaklu Malti jħalli marka fi Brussell

Kienu l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta taħt id-direzzjoni ta’ Brian Schembri b’kolaborazzjoni mat-tenur Malti b’fama internazzjonali, Joseph Calleja, li taw spettaklu mill-isbaħ f’kunċert li fetaħ il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017 fi Brussel ilbieraħ.

Il-kunċert kellu programm li jiġbor fih siltiet mużikali Ewropej flimkien ma’ xogħlijiet ta’ tliet kompożituri Maltin.

Joseph Calleja, b’leħen grandjuż, ta spettaklu mill-isbaħ fejn żgur mhux forsi dawk li kienu preżenti setgħu jisimgħu talent Malti li ftit hawn bħalu.

Aqra aktar

Andrea Bocelli se jkanta f’pajjiżna

Is-sena 2017 tfakkar l-20 anniversarju mid-debut tat-tenur Malti Joseph Calleja. Għal din l-okkażjoni, Andrea Bocelli se jkun qed ikanta ma’ Joseph Calleja fil-kunċert li se jittella fid-19 ta’ Awwissu fuq il-fosos tal-Furjana.

Aqra aktar

Calleja, Venditti u Vega il-Furjana

Minn mużika klassika għal dik kontemporanja. Din hija t-tiżwiqa li wieħed jista’ jgawdi minnha jekk jattendi l-kunċert tat-tenur Joseph Calleja ta’ din is-sena. Se jkunu Antonello Venditti u Suzanne Vega, ż-żewġ kantanti barranin li din is-sena ser jakkumpanjaw lil Joseph Calleja fil-kunċert annwali tas-Sajf li ġej. Kunċert li se jsir fit-tmienja u għoxrin ta’ Lulju fuq il-fossos tal-Furjana.

Aqra aktar

Send this to a friend