Joe Mizzi | One News

Notifiki

Il-Gvern bi ftehim ma’ Shanghai Electric Power għal riċerka dwar l-enerġija u l-ilma

Il-Gvern Malti ffirma ftehim ma’ Shanghai Electric Power, biex ikabbar il-koperazzjoni bejn Malta u ċ-Ċina f’dik li hi riċerka fis-setturi tal-ilma u l-enerġija. Il-ftehim kien iffirmat waqt żjara li għamel il-Ministru Joe Mizzi fiċ-Ċina, fejn matulha ltaqa’ ma’ Wang Huaming, il-General Manager ta’ Shanghai Electric Power.Aqra aktar

Il-Ministru Joe Mizzi jsejjaħ laqgħa mal-GRTU dwar il-kwistjoni tal-pompi

Minn ftit tas-sigħat ilu, il-pompi tal-fjuwil jinsabu magħluqa għall-konsumatur wara li daħlet fis-seħħ azzjoni industrijali tal-GRTU. Fl-aħħar sigħat, il-Ministru Joe Mizzi għal darb’oħra sejjaħ laqgħa mal-GRTU biex tkun diskussa l-kwistjoni tal-pompi tal-fjuwil.

Il-Ministru tenna li l-Gvern lest ikompli d-diskussjonijiet, bit-tama li jintlaħaq ftehim li ma jkunx ta’ detriment fuq il-konsumatur jew in-negozji. Il-laqgħa mistennija ssir is-Sibt li ġej, minkejja li l-GRTU m’aċċettatx iż-żieda li offra l-Gvern.

Kien fl-2011 li l-Awtorità Maltija għar-Riżorsi kienet tat żieda fil-qligħ mill-fjuwil lill-pompi speċifikament bil-kundizzjoni li dawn ikopru l-investimenti strutturali li għandu jsir sal-elfejn u għoxrin iżda għalkemm is-sidien kollha tal-pompi tal-fjuwil kellhom l-obbligu li jagħmlu dan, il-maġġoranza tagħhom m’għamlux dan l-investiment.

Minn dan iż-żmien s’issa żdiedu wkoll l-ammont ta’ karozzi fil-pajjiż, u għaldaqstant żdied ukoll il-konsum tal-fjuwil. Iż-żidiet wasslu wkoll għal qligħ akbar lis-sidien tal-pompli tal-fjuwil.

“Jien lest li npoġġi fuq mejda u niddiskuti”- il-Ministru Joe Mizzi dwar il-kwistjoni tal-pompi tal-petrol

Il-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi qal li l-Gvern lest li jerġa’ jpoġġi fuq il-mejda u jiddiskuti mas-sidien tal-pompi tal-petrol dwar il-kwistjoni tal-għajnuna li qed jitlbu biex ilħaqqu mal-ħtiġijiet infrastrutturali.

F’kummenti ma’ ONE NEWS wara li l-GRTU qalet li s-sidien qed jikkonsidraw li jistrajkjaw jekk ma jkunx hemm żidiet fil-qligħ mill-fjuwil, il-Ministru saħaq li mhu ser jieħu l-ebda deċiżjoni li ser tkun ta’ detriment għall-konsumatur.Aqra aktar

Malta assigurat proviżjoni importanti biex proġetti tal-enerġija jingħataw prijorità

Malta assigurat proviżjoni importanti ħafna biex jingħataw prijorità dawk il-proġetti tal-enerġija li jgħinu pajjiżi biex ma jibqgħux iżolati mis-sistema tal-Unjoni Ewropea. Din hija aħbar tajba għall-proġett tal-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija u l-pass li jmiss huwa li dan il-qbil jiġi nnegozjat mal-Parlament Ewropew waqt il-Presidenza Rumena li se tibda f’Jannar li ġej.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Il-Gvernatur ta’ Sqallija f’Malta għal taħditiet dwar il-pipe line tal-gass

Il-proġett tal-pipe line tal-gass bejn Malta u Gela fi Sqallija kien fuq nett tal-aġenda bejn l-awtoritajiet Maltin u dawk Sqallin f’laqgħa importanti li saret f’pajjiżna.

Il-laqgħa ssegwi l-aħbar li fil-jiem li ġejjin se jibda x-xogħol fuq tliet studji meħtieġa biex jinkisbu l-permessi għall-bini tal-pipeline. L-istudji jinkludi r-rotta f’qiegħ il-baħar, l-effetti fuq l-ambjent u d-disinn għall-infrastruttura meħtieġa.Aqra aktar

Send this to a friend