joe mifsud | One News

Notifiki

Ħabs għal erba’ immigranti li nqabdu f’dokumenti foloz

Erba’ immigranti li kienu qegħdin jgħixu fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far ġew ikkundannati 24 xahar ħabs bejniethom wara li wieġbu ħatja li daħlu f’Malta b’dokumenti foloz. L-irġiel, Mudthen Harounosman, Tageldeen Muse Abduhaira, Abdalla Nadi Abdalla Atwa u Abdul Raham inqabdu mill-pulizija bejn il-Ħadd u Tnejn b’dokumenti li rriżulta li kienu ffalsifikati.

F’erba’ sentenzi separati, il-Maġistrat Joe Mifsud qal li l-Qorti taqbel mal-Prosekuzzjoni li ma tistax tagħlaq għajnejha għall-fatt li f’dawn il-każijiet inkisru l-Liġijiet tal-Immigrazzjoni ta’ pajjiżna. Qal li l-Qorti ma tistax l-anqas tinsa’ li dan it-tip ta’ reat sar ħafna iktar komuni tant li sar fenomenu kostanti. Saħaq li mhux aċċettabbli li persuni jkomplu jidħlu jew joħorġu minn Malta b’dokumenti foloz fejn jippruvaw iqarrqu bl-Awtoritajiet Maltin u barrain.

Il-Maġistrat Mifsud sostna li dawn ir-reati jistgħu jimminaw anke s-sigurtà tal-pajjiż u saħaq li l-Istat Malti għandu jkollu interess qawwi li jkun jaf l-identità vera ta’ min ikun dieħel fil-pajjiż. Dan partikolarment fi żminijiet ta’ taqlib, kunflitti u terroriżmu li diversi partijiet tad-dinja, inkluż dawk qrib Malta, li jinsabu għaddejjin minnhom jew mhedda bihom. Qal li l-esperjenzi ta’ pajjiżi oħra inkluż Ewropej li seħħew dan l-aħħar, għandhom jiftħu għajnejn kulħadd għar-riskji serji li tali fenomenu ta’ immigrazzjoni illegali b’dokumenti foloz jista’ jġib miegħu għan-nies innoċenti.

Il-Maġistrat Joe Mifsud b’ċertifikat mill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja

Il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja qalet li m’għandu jkun hemm ebda investigazzjoni dwar il-Maġistrat Joe Mifsud. Dan b’rabta ma’ allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu li kienu ppubblikati għall-ewwel darba fit-Times of Malta. B’reazzjoni l-Maġistrat Mifsud kien ħa numru ta’ passi bil-għan li toħroġ il-verità u wieħed minnhom kien li jitlob lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja tinvestiga. Iżda, minn dak li rat il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja tul il-proċeduri li għalihom saret referenza fir-rapport oriġinali li fih saru l-allegazzjonijiet ikkonkludiet li lanqas kien hemm raġuni għaliex tibda l-investigazzjonijiet fil-konfront tal-Maġistrat Mifsud.Aqra aktar

6 xhur ħabs għall-parker li m’obdiex il-qorti

Edward Farrugia, li ppoża ta’ parker f’parkeġġ pubbliku fil-Belt, ingħata sentenza ta’ 6 xhur ħabs u ġie mmultat €2,000 wara li m’obdiex ordni tal-Qorti biex ma jersaqx lejn il-parkeġġ.

Farrugia ġie arrestat bħal-llum ġimgħa fil-parkeġġ ta’ Hastings, fejn kien qed joffri servizz biex jaħsel il-karozzi. Hu inżamm taħt il-kustodja minn dak inhar.

L-uffiċjali ta’ Transport Malta kienu ilhom jinsistu mas-sur Farrugia biex ma jibqax fil-parkeġġ fejn kien qed jippoża ta’ parker meta m’għandux it-tag ta’ Transport Malta. L-Awtorita’ fetħitlu żewġ kawżi l-qorti imma hu ma tax widen u baqa’ jiffastidja lis-sewwieqa.

Transport Malta ġabret aktar evidenza u fetħitlu kawża oħra. Fil-5 ta’ Jannar, il-Maġistrat Joe Mifsud immultah €500, il-massimu li tippermetti l-liġi, u ordnalu ma jersaqx lejn iż-żona.

Minkejja dan, hu reġa’ ġie arrestat ħmistax wara fejn reġa’ deher quddiem il-Maġistrat Mifsud u ġie kkundannat 6 xhur ħabs filwaqt li mmultat €2,000, wara li injora l-ordni tal-Qorti,

Is-sewwieqa jistgħu jipparkjaw bla ħlas fil-parkeġġi pubbliċi u mhumiex obligati jagħtu donazzoni. Il-parkers liċenzjati għandhom jilbsu t-tag ta’ Transport Malta Transport Malta ħeġġet lil kull min jiltaqa’ ma’ xi abbuż biex jirraporta fuq il-freephone 80072393.

Sentejn u disa’ xhur ħabs fuq każi ta’ frodi

Donald Micallef ta’ 35 sena ġie kkundannat sentejn u disa’ xhur ħabs wara li nstab ħati ta’ żewġ każi ta’ misapproprijazzjoni. Hu ffroda koppja li sellfitu €30,500 u li żamm għalih flus mogħtija għal reklamar.

Il-każijiet imorru lura għal Frar ta’ seba’ snin ilu.

Huwa ġie orndat ukoll irodd ħamsa u għoxrin elf ewro li ssellef u li baqa’ ma raddx lill-koppja anzjana.

Aqra aktar

Illiberat wara sparatura f’Għawdex

Il-Qorti ta’ Għawdex illiberat raġel mil-akkużi kollha miġjuba kontrih. Il-każ imur lura għas-sena 2005 meta Frankie Cini ta’ 24 sena laqat il-karozza tat-tifla ta’ Joseph Portelli waqt li Cini kien qed ibiegħ il-ħaxix fiż-Żebbug Għawdex.Aqra aktar

Eġizzjan perikoluż deportat minn Għawdex

• Mill-pulizija jgħidu li aġixxew biex tkun evitata traġedja

Operazzjoni tal-pulizija ta’ Għawdex u d-Dipartiment tal-Immigrazzjoni waslet biex Eġizzjan ta’ 25 sena kien deportat lejn il-Kajr, l-Eġittu.

Fil-jiem li għaddew il-pulizija waslitilhom informazzjoni li Hussein Hamada kien qiegħed jaġixxi b’mod perikoluż ħafna f’diversi inħawi f’Għawdex fosthom f’Għajnsielem u Marsalforn. Intlemaħ isuq b’mod perikoluż ħafna, jum ieħor twaqqaf u kellu livell għoli ta’ alkoħol, weġġa’ tfajla u anke qala’ l-inkwiet f’wieħed mill-każini ta’ Għajnsielem.

Hamada ma kellu l-ebda konnessjoni ma’ Malta ħlief li kien ġie Malta għaliex missieru kien jaħdem f’pajjiżna. Missieru ma kienx ghadu jghix f’Malta u fil-fatt kellu permess ta’ residenza li ma ġġedidlux iktar.

Il-pulizija konxji tal-periklu li Hamada kien qieghed joħloq fis-soċjetà ħadet azzjoni immedjata u saru l-proċeduri biex jitkeċċa minn Malta.

Il-pulizija kienu qegħdin jinfurmaw lill-Maġistrat Joe Mifsud bl-iżviluppi fejn anke awtorizza biex passaport li kien ippreżentat fil-Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali jkun rilaxxat.

Minn informazzjoni li għandna Hussein Hamada kien deportat lejn il-Kajr ilbieraħ filgħaxija. L-istħarrig tal-pulizija tmexxa mill-Ispetturi Bernard Spiteri u Frankie Sammut.

Send this to a friend