JOBS PLUS – One News

Notifiki

Gwida ġdida għal persuni li qed ifittxu impjieg

Hekk kif fil-ħames snin li ġejjin l-impjieg f’Malta mistennija jiżdiedu b’50,000 impjieg ġdid, l-aġenzija tax-xogħol Jobs Plus nediet ktejjeb dwar l-oqsma li mistennija jaraw żidiet fl-impjiegi bil-għan li jservi ta’ gwida għall-istudenti u dawk li diġà qegħdin jaħdmu.Aqra aktar

2016: Aktar minn 30,000 mara daħlu fid-dinja tax-xogħol

Fl-2016, bdew jaħdmu 30,418 mara, dan skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus. Minn dawn in-nisa kien hemm 8,467 li qatt ma ħadmu qabel, filwaqt li 6,757 irritornaw lura fid-dinja tax-xogħol wara li ma kienux fis-suq tax-xogħol għal madwar sena. Din it-tabella turi dawn in-nisa li qatt ma ħadmu u ta’ dawk li rritornaw lura fid-dinja tax-xogħol.

Aqra aktar

Xogħol regolat minn Marzu li ġej

Sa Marzu li ġej, fiċ-ċentru miftuħ tal-Marsa, se jkun twaqqaf uffiċċju maħsub li jirregola l-mod kif immigranti jingħataw ix-xogħol.

Biex wieħed iħaddem immigrant li jgħix fiċ-ċentru miftuħ issa jrid jirreġistra f’dan l-uffiċċju. B’hekk ix-xogħol ta’ dawn l-immigranti jsir skont il-liġi anke jekk ħafna drabi jkun wieħed temporanju.

Kien iċ-ċerpersin ta’ Jobs Plus, Clyde Caruana, li żvela dan f’intervent telefoniku fil-programm Arena.

Iċ-ċentru se jkun qed jitmexxa minn Jobs+ u se jkollu rendikont tax-xogħlijiet ikunu qegħdin jagħmlu l-immigranti.

Fil-programm Arena, il-Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, tkellem dwar l-importanza ta’ din l-inizjattiva li se tindirzza abbuż li ilu jsir għal snin twal.

Aqra aktar

“Nibnu fuq is-suċċess li ksibna”

Matul l-laqgħa ġenerali annwali tal-Jobsplus, il-kap eżekuttiv Clyde Caruana, ta’ rendikont tax-xogħol li sar u l-inizjattivi li tnehdew matul din is-sena.

Is-sur Caruana qal li din kienet sena li ġabet magħha numru sostanzjali ta’ bidliet, b’mixja li waslet il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħrig għal Jobsplus; b’isem u dehra ġdida li jirriflettu mhux biss tibdil kożmetiku, iżda wkoll tibdil fil-qafas ta’ l-operat. Dawn it-tibdiliet ssarfu f’numru ta’ records fis-suq tax-xogħol, inkluż żieda fl-impjiegi b’rata d-doppju ta’ dik fiż-żona ewro, u l-inqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea, hekk kif tul dawn l-aħħar tlett snin il-qgħad niżel minn 7,400 għal kważi 3,000.

Fost in-numru ta’ tibdiliet ġodda li saru matul dis-sena, daħlet fis-seħħ sistema ta’ tqabbil tal-impjiegi flimkien ma’ websajt ġdida, bil-mira li jinħoloq suq ta’ xogħol virtwali, filwaqt li żdiedet ukoll l-preżenza ta’ Jobsplus fuq siti soċjali sabiex jintlaħqu aktar nies.

Inbidlet ukoll b’mod radikali il-proċedura ta’ kif persuni li qed ifittxu xogħol jirreġistraw mal-Jobsplus, u żdiedet l-interazzjoni li jkollhom ir-reġistranti mal- employment advisers bl-għan li jiġu kkreati action plans għalihom, u b’hekk jkun hemm aktar għarfien tal-ħiliet ta’ dawk li qed jirreġistraw.

Aqra aktar

Garanzija taż-żgħażagħ ippersonalizzata

L-ewwel programm tal-Garanzija għaż-żgħażagħ serva ta’ bażi biex jissaħħaħ it-tieni programm li se jibqa’ għaddej sal-2020.

B’differenza minn dak ta’ qablu, it-tieni programm se jagħti iżjed attenzjoni individwali liż-żgħażagħ li jixtiequ jidħlu fid-dinja tax-xogħol.
Aqra aktar

Send this to a friend