JM | One News - Part 6

Notifiki

Il-Prim Ministru se jżur seba’ pajjiżi f’erbat ijiem

• Seba’ pajjiżi f’erbat ijiem
• Laqgħat ma’ mexxejja biex ikunu diskussi l-prijoritajiet
• Żjara fl-iktar bliet kapitali importanti

Għada l-Prim Ministru, Joseph Muscat, jibda vjaġġ marbut mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Dan proprju ġimgħa wara li pajjiżna nieda l-identità viżwali tal-Presidenza u ħabbar ukoll il-prijoritajiet b’mod uffiċjali. Issa li baqa’ biss ftit iktar minn xahar għall-Presidenza, it-tħejjijiet isiru iktar intensivi u l-laqgħat politiċi jibdew ma jaqtgħu xejn saħansitra fuq livell ta’ mexxejja.
Aqra aktar

Relazzjonijiet kummerċjali aqwa bejn Malta u r-Russja

Waqt li kien qed jindirizza l-Forum Kummerċjali bejn Malta u r-Russja, il-Prim Ministru qal li l-Gvern Malti jrid jieħu r-relazzjonijiet bejn Malta u r-Russja f’livell ieħor. Il-fatt li qed isir dan il-forum juri li ż-żewġ naħat iridu jsaħħu r-relazzjonijiet kummerċjali bejniethom.
Aqra aktar

Il-Prim Ministru Malti f’laqgħat ma’ dak Russu

Il-Prim Ministru Joseph Muscat se jiltaqa’ mal-Prim Minsitru Russu Dmitry Medvedev. Il-laqgħa mistenija ssir għada u se tiffoka fuq koperazzjoni multilaterali, inkluż il-qasam tal-investiment.

Iż-żewġ Prim Ministri se jiddiskutu wkoll il-Presidenza Maltija tal-Kunsill ual-UE fl-ewwel sitt xhur tas-sena d-dieħla. Mistennija jitkellmu dwar il-possibiltà ta’ ftehmiet bilaterali, il-koperazzjoni fejn jidħol il-kummerċ, l-ekonomija u l-investiment, it-turiżmu, il-kultura u l-edukazzjoni.

Il-Prim Ministru mistenni jipparteċipa fir-Russian-Maltese business forum.

 

L-ewwel Gvern f’żewġ ġenerazzjonijiet li jista’ jpoġġi u jara kif se jqassam il-ġid

“Illum għandna l-inqas numru ta’ nies jirreġistraw fl-aħħar 37 sena, sitwazzjoni fejn dan kollu għamilnih mhux billi berbaqna, il-kuxjenza soċjali tagħna bdiet mill-ewwel ġurnata, il-kuxjenza soċjali mhux li tagħti minn dak li m’għandekx, imma li tagħti minn dak li għandek.” Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat fid-diskors tiegħu waqt attivitá politika f’Ħaż-Żebbuġ.
Aqra aktar

Gvern li qed iġib il-bidla meħtieġa

Fir-risposta tiegħu għall-Baġit 2017, il-Prim Ministru Joseph Muscat ta’ ħarsa lejn il-wirt li ħallielu Gvern Nazzjonalista, il-kisbiet ta’ dan il-Gvern, u l-ħidma li għad fadal biex il-ġid u l-bidla verament jinħassu minn kulħadd.
Aqra aktar

Differenza ċara bejn min irid ikompli jiggverna u min irid ireġġa’ l-arloġġ lura

Jekk qatt kien hemm bżonn ta’ konferma tad-differenza ċara bejn Joseph Muscat li flimkien ma’ dan il-Gvern irid li jkompli jmexxi lill-pajjiżna ‘l quddiem permezz ta’ aktar xogħol, investiment u ħolqien ta’ ġid li jasal għand kulħadd, u Simon Busuttil li jrid ireġġa’ l-arloġġ lura għal kontijiet ogħla, aktar taxxi, aktar tniġġiz u aktar piżijiet fuq il-ħaddiema, din ingħatat illum.
Aqra aktar

Send this to a friend