JM | One News - Part 5

Notifiki

Il-Prim Ministru l-ewwel wieħed li jiltaqa’ mal-President il-ġdid tal-Parlament Ewropew

Il-Prim Ministru Malti huwa l-ewwel kap ta stat li ltaqa‘ ma Antonio Tajani, li wara ħames votazzjonijiet sigrieti fil-parlament, ġie elett bħala l-President tal-Parlament Ewropew

Il-Prim Ministru mistenni jkollu diskussjoni mal-President Tajani ftit qabel ma jippreżenta l-prijoritajiet tal-Presidenza Maltija lill-Membri tal-Parlament Ewropew fis-seduta plenarja ġewwa Strasburgu. 
Aqra aktar

Il-PM fi Strasburgu jispjega l-prijoritajiet tal-Presidenza

Il-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab fi Strasburgu biex jindirizza seduta plenarja fil-Parlament Ewropew u jispjega aktar fid-dettall il-prijoritajiet tal-PresidenzaMaltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Waqt l-intervent tiegħuilPrim Ministru huwa mistenni jidħol fid-dettall dwar il-ħidma li bi ħsiebha tagħmel il-Presidenza Maltija f’oqsma importanti bħall migrazzjonis-sigurta, l-politika tal-viċinat, u s-suq uniku. Mistennijitkellem ukoll fuq temi oħra importanti relatati mal-futur tal-Unjoni Ewropeja bħall-Brexitanke fid-dawl tal-aħħar diskors li sar mill-Prim Ministru Theresa May ilbieraħ.

Aqra aktar

SEGWI LIVE konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Prim Ministru Malti u dak Libjan

Il-President tal-Kunsill Presidenzjali Libjan Fayez al-Sarraj żar pajjiżna għal taħdidiet mal-Gvern Malti.

Huwa qed imexxi delegazzjoni li fost l-oħrajn tinkludi wkoll lill-Ministru Libjan tal-Affarijiet Barranin Mohamed Syala. Il-President tal-Kunsill Presidenzjali Libjan al-Sarraj kellu taħdidiet mal-Prim Ministru Joseph Muscat f’Kastilja.

Din hija l-ewwel żjara ta’ dan il-Prim Ministru al-Sarraj f’Malta. Iż-żewġ mexxeja qablu li hija laqgħa biex pajjiżna jifhem aħjar is-sitwazzjoni fil-Libja.

Aqra aktar

Diskuss ix-xogħol tal-Presidenza Ewropea li se jinbeda minn Malta u jitkompla mill-Estonja

 Laqgħa oħra mis-sensiela ta’ taħditiet li qed ikollu bħalissa l-Prim Ministru Joseph Muscat kienet f’Tallinn ma’ Juri Ratas, il-Prim Ministru l-ġdid tal-Estonja li huwa l-pajjiż li se jieħu f’idejh il-Presidenza Ewropea wara Malta fit-tieni sitt xhur tas-sena d-dieħla.

Dr Muscat qal li l-Estonja għandha rwol importanti x’tilgħab speċjalment fir-reġjun Baltiku u għalhekk hu fl-interess ta’ kulħadd li ssir komunikazzjoni effettiva ma’ dan il-pajjiż. Il-Prim Ministru qal li, filwaqt li Malta huwa pajjiż Mediterranju li b’mod naturali jolqtuh sfidi u mhux oħrajn, m’hemmx lok għal diviżjoni bejn tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar, jew bejn il-Lvant u l-Punent.

“Huwa minnu li jeżistu interessi nazzjonali, imma hemm ukoll interess Ewropew. Nemmnu li l-konverġenza għandha tiddomina,” qal il-Prim Ministru. L-għan ewlieni ta’ Malta fil-Presidenza Ewropea hija li tagħti sens ta’ direzzjoni. Fosthom fuq l-immigrazzjoni fejn anke min jikkritika l-impożizzjoni Ewropea fuq il-qsim tal-piż, issa għandu jesprimi x’soluzzjonijiet oħra jeżistu.
Aqra aktar

Merkel fiduċjuża fil-Presidenza Maltija

Il-Kanċillier tal-Ġermanja, Angela Merkel, qed tħares ‘il quddiem għall-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u meta mistoqsija dwar il-fatt li l-Presidenza issa se tkun qed tgħaddi għand l-iżgħar pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, Merkel wieġbet li Malta hija lesta biex tmexxi b’mod eżemplari. Żiedet li l-pożizzjoni ġeokgrafika se tgħin biex ikunu diskussi temi li bħalissa hemm il-ħtieġa li jkunu diskussi.
Aqra aktar

“Il-Gvern jiċċelebra meta jiggwadanja l-fiduċja tal-poplu” – JM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat esprima d-diżappunt li għal żball ta’ 50 vot, ingħata kumpens ta’ żewġ siġġijiet il-Partit Nazzjonalista u li dan juri kemm il-gvern huwa ‘underdog’.

Il-Prim Ministru saħaq li d-deċiżjoni mhix se taffettwa l-gvern, għaliex igawdi minn appoġġ fenomenali, iżda r-riperkussjonijiet li jistgħu jiġu fis-snin li ġejjin huma kbar b’ din id-deċiżjoni.

Muscat saħaq li mgħandux jinħela ħin fuq din il-kwistjoni, għaliex ix-xogħol tal-gvern hu li l-Maltin ikollhom xogħol għalihom u għal familji tagħhom, għaliex dan il-gvern jiċċelebra meta jiggwadanja l-fiduċja tal-poplu.
Aqra aktar

“Din il-ġimgħa tatna enerġija ġdida” – JM

“Din il-ġimgħa tatna enerġija ġdida, din il-ġimgħa wasslet biex nies li forsi kellhom xi dubji jerġgħu lura, biex ikollna sitwazzjoni fejn kulħadd jifhem li dan hu gvern tal-għeruq li beda mal-poplu u jibqa’ mal-poplu.”

Dan kien kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat f’attivitá politika f’Ħal Kirkop.

Aqra aktar

Send this to a friend