JM | One News - Part 4

Notifiki

“Grazzi Prim” – Manila Bottone

Kull ma jmur il-Partit Laburista u t-tmexxija ta’ Joseph Muscat u l-Partit Laburista qed jilqgħu aktar nies li preċedentement kienu jaħsbuha mod ieħor. Issa, disfatti bin-negattività tal-Partit Nazzjonalista u preżentati bis-suċċessi ta’ dan il-Gvern, aktar nies qed jagħżlu li jkunu fuq in-naħa l-pożittiva tal-istorja. Fosthom Manila Bottone, sa ftit ilu preżentatriċi fuq Radio 101. Permezz ta’ Facebook, kitbet ‘grazzi Prim’ u tellgħat dan ir-ritratt.

 

Fil-ġimgħat li ġejjin il-Gvern se jniedi pjan ta’ strateġija għal Għawdex

L-aħħar laqgħa mis-sensiela Gvern Li Jisma’, bil-parteċipazzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat, saret fiċ-Ċittaddella f’Għawdex u bdiet b’aħbar tajba għall-Għawdxin, hekk kif sar magħruf li fil-ġimgħat li ġejjin il-Gvern ħa jniedi pjan ta’ strateġija għal Għawdex.

Se jkun kompresniv biex jagħti kwalità ta’ ħajja aħjar għall-Għawdxin. Il-fondi għall-istrateġija se jkunu Fondi Ewropej u nazzjonali, u ħa jagħti diversi inizjattivi biex Għawdex ikun indipendenti u b’saħtu fejn tidħol ekonomija sabiex ukoll Gvern Laburista jkompli jwettaq dak li wiegħed.

Il-mistoqsijiet saru minn persuni ġejjin minn kull spettru tas-soċjetà, bħal anzjani, studenti u Għawdxin.

Aqra aktar

Żewġ okkażjonijiet, messaġġ wieħed: l-Ewropa trid tibqa’ qrib iċ-ċittadini

Dalgħodu l-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza laqgħa straordinarja tal-grupp ta’ interessi varji tal-kumitat Ewropew ekonomiku u soċjali li fiha ġiet diskussa Unjoni eqreb lejn iċ-ċittadini tagħha.

Il-Prim Ministru saħaq fuq l-importanża li l-mexxejja ta’ kull stat membru fl-Unjoni Ewropea jibqa’ viċin tal-poplu li jirrapreżenta. Sostna li huwa b’dan il-mod li l-poplu jibqa’ jkollu fiduċja fl-Unjoni.

Qal li f’dan iż-żmien ta’ insigurta u instabbilità fl-Ewropa, jeħtieg li nagħrfu kemm kullħadd huwa bżonn xulxin u li l-Ewropea mhijiex dwar numri imma dwar kemm nisimgħu u nagħtu każ lil poplu.

Aqra aktar

“It-triq ‘l quddiem hija l-għaqda” – Joseph Muscat

Kienu ftit il-mumenti fl-istorja ta’ art twelidna fejn konna fdati bit-tmexxija tal-futur t’ Organizazzjonijiet bil-wisq ikbar minna. Malta tinsab s’ sitwazzjoni bla preċedent fejn qed tmexxi tnejn mill-ikbar organizazzjonijiet fid-dinja- l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth.

Għalhekk il-Prim Ministru Joseph Muscat, waqt ikla bejn kummissarji għoljagħamel l-intenzjoni tiegħu ċara, dik li jinbotta l-idea li f’ dawn iż-żminijiet t’ inċertezza minnħabba Brexit, ikun ir-Renju Unit stess li joħloq għaqda iktar b’ saħħitha bejn l-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth.

Fi kliem il-Prim Ministru: “whilst the European Union  and the Commonwealth are very distinct bodies they nevertheless have much to offer to each other in terms of economic opportunities. There is a potential to forge together a powerful voice in international trade.”

Aqra aktar

IL-PM JURI DIFFERENZA ĊARA MINN MA’ BUSUTTIL

“Il-fatt hu li kull xahar li jgħaddi qed jirnexxilna nnaqsu n-nies qiegħda u nżidu x-xogħol f’dan il-pajjiż” qal Joseph Muscat waqt attività politika fl-Isla. Spejga li l-progress jiġi għax jittieħdu deċiżjonijiet li jsarrfu f’riżultati.

Semma s-settur turistiku, u l-fatt li f’Jannar, wieħed mill-aktar xhur diffiċli, qed jintlaħqu records ġodda.

Jekk ikun Simon Busuttil fit-tmexxija, iwaqqaf ix-xogħol u l-ekonomija. Busuttil ma jħallix il-ġid ikompli jikber u jitqassam lil min ikollu bżonn.

Iddeskriva l-atitudni tal-Kap tal-Oppożizzjoni u fakkar fil-posters ta’ qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali. Kienu messaġġi diviżorji ħafna, ħaġa li l-Prim Ministru staqsa x’kienet l-idea warajha. Il-Prim Ministru qal li din hija t-tattika ta’ Simon Busuttil, u li kien hu li daħħal l-istrateġija ta’ diviżjoni, anke fi żmien Gonzi.

Il-poplu, fil-kwiet ta’ daru, jiżen l-attitudni ta’ ‘min ma jaqbilx magħna inkeċċuh’ u jqabbilha mal-mentalità inklussiva ta’ dan il-Gvern.

‘Taf lil min ma jkeċċix il-kap tal-Oppożizzjoni?” staqsa l-Prim Ministru.

Aqra aktar

PROĠETT LI MALTA QATT MA RAT BĦALU

Għadu kemm tħabbar investiment ta’ €300 MILJUN fis-sit fejn hemm l-ITS f’San Ġiljan. Bħala parti minn dan l-investiment, tħallset is-somma rekord ta’ €60 miljun għax-xiri tal-art.

Element innovattiv kien li l-valutazzjoni tal-art saret mill-awdituri indipendenti Deloitte, imqabbda minn Projects Malta. Preżenti waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha tħabbar il-proġett, kelliem għall-kumpanija spjega kif għenu l-Gvern biex innegozja valur li jirrifletti l-fair market value tal-art.

Silvio Debono, chairman ta’ DB Group, qal li issa qed jittieħdu l-ewwel passi biex il-proġett isir realtà. Qal li l-isfida li l-grupp DB qed jidħol għaliha hija kbira, u tinkludi tliet lukandi: waħda għall-adulti, oħra għall-familji, u oħra ta’ sitt stilel. Apparti dawn, se jkun hemm ċentru modern tax-xiri, żona ta’ rikreattiva u żona residenzjali.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru jitkellem kontra l-mewġa ta’ sentimenti anti-Amerikani

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-komunità internazzjonali għandha teħodha mal-amministrazzjoni preżenti tal-Istati Uniti, u mhux mal-Istati Uniti.

Mal-aġenzija tal-aħbarijiet EurActiv, Muscat qal li qed jara differenzi bejn il-kunċett tal-Istati Uniti, bħala pajjiż u alleat strateġiku, u l-amministrazzjoni preżenti. Qal ukoll li m’għandux ikun hemm mewġa ta’ sentimenti anti-Amerikani.

Qal li hemm bżonn li l-komunità internazzjonali tkun voċifera ħafna jekk tħoss li ma taqbilx fuq dak li qed jagħmel Trump. Qal li filwaqt li jaqbel li hemm bżonn iktar sigurtà, il-mod kif qed jaġixxi Trump iqajjem ħafna domandi.

Aqra aktar

“Tkellimt ċar ħafna” – Joseph Muscat

Dawn huma l-kummenti tal-Prim Ministru Joseph Muscat wara summit tal-pajjiżi fin-naħa t’isfel tal-Unjoni Ewropea.

Huwa summit immexxi mill-Prim Ministru Portugiż Antonio Costa u li għalih qed jattendu l-President Franciż Francois Hollande, il-President ta’ Ċipru Nikos Anastasiades, il-Prim Ministru Taljan Paolo Gentiloni, il-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajoy u l-Prim Grieg Alexis Tsipras.

Aqra aktar hawn.

Aqra aktar

Send this to a friend