JM | One News - Part 2

Notifiki

Il-PM dwar kwistjonijiet personali u t-talba li għandu jagħmel Delia

Fl-Imsida, il-Prim Ministru rrefera wkoll għall-iktar gidba riċenti dwar il-familja tiegħu. “Din il-ġimgħa nsib miktub minn membru tal-Oppożizzjoni li ħareġ jgħid li t-tfal tal-Prim Ministru qed imorru skola privata fl-Ingilterra fejn qed jonfqulu €65,000 f’tution fees”, spjega l-Prim Ministru li qal kif dan qagħad fuq tagħrif ta’ kont anonimu. Aqra aktar

Il-PM jisħaq li se jibqa’ jiddefendi l-istituzzjonijiet

Fid-diskors tiegħu fl-attività politika fiċ-Ċentru Laburista fil-Qala f’Għawdex, il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li dan il-gvern jaħdem għall-familji Maltin u mhux jedha fl-ispekulazzjoni u z-zekzik.

B’referenza għal dak li qal l-eks kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fil-Parlament din il-ġimgħa dwar Egrant, il-Prim Ministru saħaq li hekk kif kulħadd għandu d-dritt li jemmen li jrid, anke Simon Busuttil għandu d-dritt li jibqa’ jagħżel li jemmen l-ikbar gidba politika fl-istorja ta’ pajjiżna.Aqra aktar

6,300 karozza inqas fit-toroq Maltin bil-miżura tat-trasport b’xejn

Bil-miżura ta’ trasport b’xejn għal madwar 11-il elf tifel u tifla li jattendu fi skejjel indipendenti jew tal-Knisja, mhux biss se jgawdu l-familji li se jiffrankaw mijiet ta’ ewro fis-sena, iżda se jitħalla wkoll effett pożittiv fuq it-toroq ta’ pajjiżna.

Filfatt, b’din il-miżura li se tiswa lill-Gvern mas-€26 miljun, huwa stmat li jkun hemm mas-6,300 karozza inqas kuljum fit-toroq Maltin.

Dan skont studju li sar b’rabta mal-istess miżura, u li tkellem dwaru l-Prim Ministru Joseph Muscat f’kollegament telefoniku fuq ONE Radio l-Ħadd filgħodu.Aqra aktar

Send this to a friend