Jeremy Corbyn – One News

Notifiki

“Il-vot dwar Brexit ma jistax jistenna”- Corbyn iħeġġeġ lil Theresa May ittemm il-vaganzi tal-Parlament Ingliż

Il-Mexxej tal-Partit Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn, qed iħeġġeġ lill-Prim Ministru Ingliż Theresa May biex ittemm il-vaganzi tal-Milied tal-Parlament, sabiex il-Membri Parlamentari jkunu jistgħu jieħdu vot dwar Brexit.

Il-Membri Parlamentari Ingliżi mistennija lura fil-House of Commons fis-7 ta’ Jannar li ġej, u l-Prim Ministru May qalet li l-vot dwar il-ftehim tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea se jittieħed il-ġimgħa ta’ wara. Corbyn kien pront joġġezzjona għal dan, u qal li l-vot għandu jittieħed mill-aktar fis possibbli.

Intant, sors minn Downing Street qal mal-midja Ingliża li l-kumment ta’ Jeremy Corbyn qed jitqies bħala wieħed “redikolu”.

ARA: Jeremy Corbyn taħt attakk wara li għajjar lill-PM Theresa May “stupida” fil-Parlament

Il-Mexxej Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn, qala’ baraxx ta’ attakki mingħand sħabu l-Membri Parlamentari Ingliżi wara li nstema’ jgħid ‘stupid woman’, fil-Parlament Ingliż, hekk kif temmet diskorsha l-Prim Ministru Theresa May.

Il-kumment ma’ niżel xejn tajjeb mal-MPs Ingliżi, partikolarment man-nisa. Aqra aktar

BIL-FILMAT: “Se nitilfu alleat” – Il-PM wara s-summit dwar BREXIT

Il-mexxejja Ewropej approvaw l-ftehim dwar Brexit li mistenni jara lir-Renju Unit jinħall minn mal-Unjoni Ewropea f’Marzu li ġej. Ftit tal-minuti wara li l-mexxejja Ewropej laħqu dan il-qbil, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li bi Brexit, Malta se tkun qed titlef alleat fl-Unjoni Ewropea. Huwa sostna li “madwar il-mejda se nitilfu alleat li matul iż-żmien kemm ilna fl-Unjoni Ewropea dejjem konna fl-istess paġna fuq ħafna affarijiet speċjalment fin-naħa finanzjarja u ekonomika.”

Fi Brussell, Dr. Muscat irrimarka wkoll li l-approvazzjoni kollettiva ta’ dan il-ftehim hija turija ta’ għaqda. Fisser li permezz ta’ dan il-ftehim, oqsma ta’ koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi bħal dak tas-saħħa mhux se jiġu affetwati. Fid-dawl li sa ftit tal-jiem qabel, kien hemm tħassib dwar il-ftehim wara li Spanja ressqet l-oġġezzjonijiet tagħha minħabba Ġibiltà, il-Prim Ministru rrimarka għal maturità li biha mxew il-mexxejja kollha tal-istati membri. Dwar dan il-Prim Ministru qal li “in-negozjati saru fuq medda ferm itwal u llum kien ċar li ġejna hawnekk mhux biex ninnegozjaw iżda biex nikkonkludu”.Aqra aktar

243,000 jiffirmaw petizzjoni biex titħassar iż-żjara ta’ Trump fl-Ingilterra

“Donald Trump m’għandux jintlaqa’ fl-Ingilterra waqt li jabbuża mill-valuri tagħna wara l-ordni li ta li twaqqaf Musulmani u l-attakki fuq refuġjati u d-drittijiet tan-nisa.”

Dan kien il-messaġġ li kiteb Jeremy Corbyn, il-mexxej tal-Partit Laburista Ingliż, fuq il-paġna tas-sit soċjali Facebook fejn ħeġġeġ lil kulħadd biex jiffirmaw petizzjoni biex titħassar iż-żjara statali tal-President tal-Amerika, Donald Trump, l-Ingilttera.

Aqra aktar

Corbyn sfiduċjat

Jeremy Corbyn tilef vot ta’ sfiduċja fil-Parlament Ingliż.

Sorsi qalu ma’ Sky News li 176 membru parlamentari ivvotaa favur il-mozzjoni filwaqt li 40 ivvotaw kontra. Iżda jidher li kien hemm sforz fl-aħħar tal-perjodu ta’ votazzjoni minn naħa ta’ dawk li jappoġjaw lil Corbyn, li vvotaw fl-aħħar mumenti fil-House of Commons.

Aqra aktar

Send this to a friend