Jason Micallef – One News

Notifiki

FILMAT: “Valletta 2018 għalqet bil-kbir”

Is-Sibt filgħaxija l-Belt Valletta għalqet bil-kbir is-sena li matulha ġarret it-titlu ta’ belt kapitali Ewropea tal-Kultura.

L-Aħħar Festa, l-attività uffiċjali tal-għeluq ta’ Valletta 2018, ġiet iċċelebrata fi Pjazza San Ġorġ quddiem folla mdaqqsa.

Apparti l-ispettaklu dinamiku li ttella’ minn artisti bħal Ozzy Lino u l-gruppi Tribali u The Brass House Unit, ġie mgħoddi t-titlu lill-Kapitali Ewropea tal-Kultura li jmiss, lil Matera u lil Plovdiv.Aqra aktar

ARA: Kunċert minn Ira Losco parti miċ-ċelebrazjonijiet ta’ lejliet l-ewwel tas-sena

L-artista Maltija Ira Losco se tkun il-mistiedna ewenija taċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali tal-aħħar tas-sena li se tagħlaq is-separju mhux biss fuq l-2018, iżda wkoll fuq ir-renju tal-Belt Valletta bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura.

Id-dettalji taċ-ċelebrazzjoni li se tilħaq il-qofol tagħha mat-tokki ta’ nofsilejl  f’Misraħ San Ġorġ tħabbru f’konferenza tal-aħbarijiet miċ-ċermen ta’ Valletta 2018 Jason Micallef, flimkien mal-Ministru Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari Deo Debattista.Aqra aktar

ARA: Kamra tal-aħbarijiet u OB ġodda għal ONE NEWS

Ġurnata qabel tibda l-aktar iskeda impenjattiva għall-istazzjon, il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura l-kamra tal-aħbarijiet il-ġdida wara d-diskors li għamel il-Ħadd filgħodu fil-Marsa. Dan sar flimkien ma’ numru ta’ investimenti ġodda fl-istudios tal-ONE.

Aqra aktar

Għall-ewwel darba tista’ żżur iċ-ċisterni fil-Belt Valletta

Illum 24 ta’ Marzu 2018 infetħu għall-ewwel darba għall-pubbliku, iċ-ċisterni fil-Belt Valletta.

Dawn iċ-ċisterni jmorru lura għal żmien il-bini tal-Belt Valletta fl-1566.

Ic-chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018 Jason Micallef wera s-sodisfazzjoni tiegħu għal dan il-proġett ewlieni fil-programm kulturali bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ din is-sena speċjali għall-kapitali Maltija.

Il-Passjoni ta’ Kristu fil-Belt Valletta

Erbatax-il gurnata bogħod minn jum il-Ġimgħa l-Kbira, tnediet pageant bl-isem ta’ Il-Passjoni ta’ Kristu fil-Belt Valleta. Dan hu proġett imtella’ mill-Fondazzjoni Valletta 2018 bħala parti mill-programm kulturali tal-kapitali ewropea tal-kultura.

Fiha se jieħdu sehem madwar 400 persuna li se jirraprezentaw personaġġi mit-Testment il-Qadim u mit-Testment il-Ġdid.

Il-Pageant tiftaħ bit-Tħabbira tal-Passjoni u l-kulta lejn is-Salib Imqaddes rappreżentati minn Santa Liena u Binha l-Imperatur Kostantinu.

Aqra aktar

Valletta 2018 u 100 Women in Finance Jorganizzaw Ikla ta’ Wara Nofsinhar Għal Jum il-Mara

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 flimkien ma’ 100 Women in Finance organizzaw ikla ta’ wara nofsinhar taħt il-Patroċinju tal-E.T. il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, fil-Palazz tal-Granmastru.

Il-mistiedna tal-unur kienet HRH il-Kontessa ta’ Wessex GCVO. Din saret fl-okkażżjoni ta’ Jum il-Mara, fit-8 ta’ Marzu.

Aktar minn 150 persuna attendew fosthom nisa fin-negozju u l-finanzi, awtoritajiet governattivi, ħaddiema taċ-ċivil u politiċi nisa miż-żewġ naħat tal-kamra.

Aqra aktar

Bil-filmat: Żgħażagħ investigati mill-pulizija dwar vandaliżmu fuq proġett artistiku

Wara l-vandalizmu li seħħ fuq il-progett “Hekk Jgħid il-Malti” ta’ Valletta 2018, ittella’ filmat fuq il-mezzi tal-midja soċjali fejn qed tintalab l-għajnuna tal-pubbliku nġenerali biex min għandu xi tagħrif jgħaddieha lill-pulizija.

Jason Micallef, ic-chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018, fuq facebook tiegħu tella’ l-filmat kif ukoll talab biex min għandu xi informazzjoni jagħmel kuntatt mal-Fondazzjoni fuq in-numru 21242018. Dan il-filmat jinsba ukoll għand il-pulizija.

 

 

Vandaliżmu fuq proġett artistiku tal-Valletta 2018

Sfortunatament proġett artistiku bil-għan mhux biss li jsebbaħ artistikament imma wkoll li jfakkar dak li jgħid il-Malti, spiċċa vvandalizzat.

Dawn huma atti inaċettabbli fi żmien li suppost sirna aktar kuxjenti għall-apprezzament ta’ dak li naraw madwarna. F’kumment li tella’ c-chairman tal-Valletta 2018 is-Sur Jason Micallef, ikkundanna dan l-aġir bla riservi.

Ara: http://www.one.com.mt/news/2018/02/02/il-baqra-kollha-tinbiegh-jghid-il-malti/

 

 

Send this to a friend