Jason Azzopardi | One News

Notifiki

Jason Azzopardi ma jistax jibqa’ jagħmel allegazzjonijiet bla ma jissostanzjahom – Editorjal

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi għandu jifhem li ma jistax jibqa’ jagħmel allegazzjonijiet serji dwar il-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia bla ma jissostanzjahom. Sostna dan l-editorjal ta’ The Malta Independent taħt it-titlu: highest corridors of power claim – Azzopardi should share information with the courts.

Fl-aħħar jiem id-deputat Nazzjonalista u l-avukat tal-familja ta’ Caruana Galizia mar fil-Kunsill tal-Ewropa u għamel allegazzjoni ġdida bla ma ssostanzjaha. Allega li għandu informazzjoni li l-qtil tal-blogger ġie ordnat min-nies li għandhom aċċess għall-ogħla kuruturi tal-poter. L-editorjal qal li d-deputat, li hu magħruf għall-kontroversji u li dan l-aħħar attakka lill-Kap tiegħu Adrian Delia, tenna dawn l-allegazzjonjiet bosta drabi. Madankollu l-gazzetta nnotat li Azzopardi naqas milli jissostanzjahom.Aqra aktar

Jason Azzopardi kontra d-deċiżjoni tal-Gvern li jissospendi l-permessi ta’ twaqqigħ u skavar

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ħareġ jattakka d-deċiżjoni tal-Gvern li jissospendi b’mod immedjat il-permessi għat-twaqqigħ u skavar. Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar dan il-Ħamis wara li ġġarrfet binja fil-Gwardamangia, fejn b’xorti tajba ħadd ma’ weġġa’.

Id-deċiżjoni għaqlija tal-Gvern ma niżlet xejn tajjeb ma’ Azzopardi, tant, li fuq il-profil personali tiegħu ta’ Facebook, iddeskriva d-deċiżjoni tal-Gvern bħala ‘azzjoni popolista’.

Azzopardi jikkonferma li l-PN mar lura mill-appoġġ għall-mina

Filwaqt li l-gvern huwa deċiz li jwettaq il-proġett tal-mina, Deputati nazzjonalisti komplu jikkonfermaw li l-Partit Nazzjonalista mar lura mill-appoġġ lejn il-mina.

B’Jason Azzopardi jaqbel ma’ Adrian Delia li minkejja li ivvutaw favru il-mina fil-parlament, issa darilhom u qed jgħidu li se jistennew ir-rapporti sabiex jieħdu d-deċiżjoni finali. Dan meta studji li kienu saru taħt amministrazzjoni Nazzjonalista kienu kkonkludew li l-proġett tal-mina huwa fattibbli.

Aqra aktar

Kumpanija tgiddeb lil Jason Azzopardi

Il-kumpanija Technoline ċaħdet bl-aktar mod kategoriku l-allegazzjonijiet tad-Deputati Nazzjonalisti Jason Azzopardi u Beppe Fenech Adami fil-parlament it-Tlieta filgħaxija.

Iż-żewġ deputati allegaw li l-kumpanija ‘Technoline’ hi propjeta’ ta’ ‘Vitals Global Healthcare’, ‘Steward Health Care’ jew individiwi oħra b’rabta mal-Gvern ta’ Malta.

Stqarrija l-kumpanija Technoline u s-sid tagħha Ivan Vassallo  sejjaħ dawn l-allegazzjonijiet bħala infondati. Qalu li dan hu attentat malizzjuz sabiex azzopardi u fenech adami jieħdu vantaġġ politiku.

L-istqarrija temmet tgħid li l-kumpanija qed tieħu dawn l-allegazzjonijiet b’serjeta u mistennija tieħu l-azzjonjiet meħtieġa sabiex tissalvagwardja l-interessi u r-reputazzjoni tagħha minn aħbarijiet foloz.

Azzopardi skomdu jwieġeb… jippreferi jitkellem hu l-ewwel

Fil-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi dwar il-każ tat-trasferiment tal-art fil-Fekruna ftit jiem qabel l-elezzjoni tal-2013, id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi kien mistenni jixhed quddiem dan il-kumitat. Dan wara diversi dikjarazzjonijiet min xhieda preċedenti li Azzopardi nnifsu kien ordna li jsir it-trasferiment sigħat qabel ma l-Partit Nazzjonalista tilef l-elezzjoni ġenerali.Aqra aktar

Send this to a friend