Ivan Camilleri | One News

Notifiki

Il-ġudikanti jgiddbu lil The Times dwar il-każ taż-żewġ avukati

F’ittra iebsa, l-assoċjazzjoni tal-ġudikanti Maltin ġabu fix-xejn l-artiklu ta’ Ivan Camilleri ta’ The Times dwar żewġ avukati Thomas Sant u Yanica Barbara.

Dwar dawn it-tnejn, it-Times sostniet li huma se jingħataw il-warrant ta’ avukat wara li għaddew mill-eżamijiet neċċessarji iżda fil-passat kienu weħlu sentenza sospiża fuq reat kriminali.

Aqra aktar

Ta’ Maġġi jxejnu l-allegazzjonijiet

Permezz ta’ stqarrija il-grupp Ta’ Maġġi xejnu għal kollox l-artiklu mimli allegazzjonijiet ta’ Ivan Camilleri fil-ħarġa ta’ The Times tal-lum u f’dik tas-Sunday Times tal-Ħadd li għadda.

It-Times sostniet li art f’żona magħrufa aħjar Tal-Barmil fix-Xewkija li qed tinbidel f’park industrijali ingħatat lil Ta’ Maġġi mingħajr għoti ta’ tender.

Madankollu Ta’ Maggi sostnew li kien il-Ministru ta’ dak iż-żmien, Tonio Fenech li talabhom biex jiżviluppaw park industrijali fix-Xewkija.

Filfatt il-Gvern Nazzjonalista ta’ dak iż-żmien kien anki inkluda l-proġett tax-Xewkija, li semma Ivan Camilleri, f’diskors tal-baġit.

Wara bidla fil-Gvern, Ta’ Maġġi reġgħu bdew bid-diskussjonijiet dwar il-park industrijali tax-Xewkija. Ta’ Maġġi spjegaw li sa issa l-art tax-Xewkija ġiet trasferita mill-Malta Industrial Parks f’isem il-Gvern għal Ta’ Maġġi b’ċens temporanju.

Ta’ Maġġi saħqu li ma kien hemm l-ebda trasferiment ta’ interessi oħra bejn il-Gvern u l-kumpanija. Il-kumpanija spjegat li hi ma tibniex parks industrijali iżda tqabbad kuntratturi biex jiżviluppaw dan.

Attakk mill-PN fuq żagħżugħ Malti li qed jaħdem ma’ Barnier

Li avukat żagħżugħ Malti jaħdem ma’ nies ta’ profil għoli u javvanza fil-karriera tiegħu ma tinżel tajjeb xejn ma’ wħud.

Kienet il-blogger tal-Partit Nazzjonalista Daphne Caruana Galizia li bdiet bl-attakki fuq Debattista. Imbagħad, minn tant nies, kien Ivan Camilleri li fit-Times of Malta kompla jitfa’ tajn fuq l-għażla ta’ Randoph Debattista  bħala parti mit-tim ta’ Michel Barnier. Dan huwa n-negozjatur ewlieni għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

L-Air Malta tgiddeb lit-Times – jużaw statistika ta’ sena sħiħa biex joħolqu storja

L-Air Malta ikkonfermat li permezz tal-pjan ġdid għall-flotta tagħha, iffrankat €8.2 miljun fl-2016.

Il-kumpanija tal-ajru ċaħdet bl-aktar mod qawwi u kategoriku rapport li deher illum fuq it-Times of Malta, u sostniet li huwa rapportaġġ mimli inkorrettezzi u informazzjoni żbaljata, bl-intenzjoni li jagġmel ħsara lir-reputazzjoni tal-linja tal-ajru.

L-artiklu kitbu Ivan Camilleri.

Aqra aktar

Ivan Camilleri b’faċċata ta’ €35

Sitt donazzjonijiet ta’ seba’ ewro l-waħda (€6.99 biex inkunu preċiżi) li kienu parti minn ċajta, għamluha fil-faċċata tat-Times of Malta li fit-titlu tat l-impressjoni li ċ-ċajta setgħet kienet kruċjali biex il-Partit Laburista ġabar iktar minn sitt mitt elf ewro fil-maratona ġbir ta’ fondi li organizza nhar il-Ħadd.

Aqra aktar

Miċħuda allegazzjoni ta’ profitti kbar

Il-Ministeru għax-xogħol u l-edukazzjoni rreaġixxa għall-artiklu li deher fuq The Sunday Times of Malta fejn kien allegat li l-General Workers Union se tagħmel profit ta’ tmien miljuni u nofs minn skema tax-xogħol maħruġa mill-gvern.
Aqra aktar

Busuttil u t-Times: it-tnejn b’fatti ħżiena dwar is-saħħa

Il-Minsiteru għas-Saħħa innota li llum għal darb’oħra il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ġab il-fatti ħżiena meta prova jitfa’ dubju fuq l-akbar investiment li qatt ra pajjiżna fil-qasam tas-saħħa billi jikkwota fatti żbaljati.

Fi stqarrija l-Minsiteru nnota li llum il-Kap tal-Oppożizzjoni ddeċieda li jikkwota minn artiklu li deher fil-ġurnal The Sunday Times of Malta mingħajr ma vverifika l-fatti. Fil-fatt dak li rrapportat kemm The Sunday Times of Malta u l-Kap tal-Oppożizzjoni huma mimlija ineżatezzi.

Aqra aktar

“Gidba sfaċċata” tat-Times of Malta

L-istorja fis-Sunday Times of Malta hija gidba sfaċċata. Qal dan l-Uffiċju tal-Prim Ministru fi stqarrija, b’referenza għall-artiklu intitolat “Attempt to replace head of tax compliance unit”, miktub minn Ivan Camilleri.

Aqra aktar

Send this to a friend