ivan bartolo – One News

Notifiki

Isostnu li parti sostanzjali mill-elettorat Nazzjonalista m’għandux fiduċja f’Adrian Delia

Issa se nieħu deċiżjonijiet sodi u skomdi.”

Hekk iddikjara l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ftit wara li sar magħruf li kiseb ftit aktar minn 67 fil-mja tal-voti tal-kunsillieri f’vot ta’ fiduċja li ssejjaħ fil-konfront tiegħu. Fil-fatt kienu kważi sitt mitt kunsillieri li jew ivvotaw kontrih jew ma marrux jivvotaw għalih jew ħasru l-vot. Madankollu Delia li se jibqa’ jmexxi partit maqsum qal li issa se jagħmel it-tibdil u se jieħu deċiżjonijiet sodi u skomdi.Aqra aktar

BIL-FILMATI: Ara lil Ivan Bartolo bbuwjat u mgħajjar waqt il-Kunsill Ġenerali

Waqt il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Ivan Bartolo ngħata pjattaforma sabiex jitkellem iżda din ma niżlet xejn sew ma’ numru kbir ta’ membri Nazzjonalisti li nfexxew jibbujaw u jgħajjru lil Bartolo waqt li beda jitkellem.

B’reazzjoni għal dan il-mument imbarazzanti għal Bartolo, Delia qam jiġri minn fuq is-siġġu tiegħu biex jipprova jsikkithom.

Ivan Bartolo jgħid li mhux se jisparixxi fost l-ibbuwjar u t-tgħajjir minn ta’ Delia

Ivan Bartolo: “Il-PN jinsab bla pjan”

Bil-Partit Nazzjonalista spiċċa bil-kanuni fi ħdanu, bil-fazzjonijiet differenti jisparaw fuq xulxin, l-eks kandidat Nazzjonalista Ivan Bartolo kompla janalizza s-sitwazzjoni li jinsab fiha l-partit ta’ Adrian Delia wara t-telfa kbira li ġarrab fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.Aqra aktar

Ivan Bartolo jikkunsidra l-kariga ta’ Kap tal-PN

Ivan Bartolo qal li qed jikkunsidra l-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista dan minkejja li wara l-elezzjoni qal:  “Il-karriera qasira tiegħi fil-politika intemmet illum. L-eżekuttiv tal-PN iddeċieda li jżomm magħluq id-disa’ distrett” fuq il-profil tiegħu.

Għalhekk, Bartolo tilef iċ-ċans li jiġi elett hekk kif il-Partit Nazzjonalista ddeċieda li Marthese Portelli ċċedi t-13-il distrett u jżomm magħluq id-disa’ wieħed.

Aqra aktar

Send this to a friend