Italja – Page 5 – One News

Notifiki

Illum it-Taljani jiddeċiedu

It-Taljani qed jivvutaw wara kampanja diviżiva ddominata minn tħassib fuq l-immigrazzjoni u l-ekonomija. Il-partit kontra l-establishment Cinque Stelle, il-Partit Demokratiku li jinsab fil-gvern u l-kolazzijoni tal-eks Prim Ministru Silvio Berlusconi kollha qalu li se jirbħu.

Iżda Berlusconi, li għandu wieħed u tmenin sena, ma jistax jokkuppa uffiċċju pubbliku sas-sena d-dieħla minħabba li nstab ħati ta’ frodi ta’ taxxi. Berlsuconi, li kien fit-tmun tal-Italja erbgħa darbiet, u li ngħaqad ma’ partit li huwa kontra l-immigrazzjoni, wera s-sostenn tiegħu lejn il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani bħala l-għażla tiegħu biex imexxi l-pajjiż.

Akkademiku mill-Università ta Malta fit-Tim Ewlieni li qed Iwaqqaf Organizzazzjoni Xjentifika Internazzjonali

Dr Ing. Nicholas J. Sammut (Deputat Dekan Fakultà tal-ICT, l-Università ta’ Malta) huwa parti mit-tim ewlieni li qed jistabbilixxi organizzazzjoni xjentifika internazzjonali fil-Balkani. B’investiment kapitali ta ‘madwar €300 miljun, din il-faċilità se tkun l-akbar tat-tip tagħha fir-reġjun. L-Istitut Internazzjonali għat-Teknoloġija Sostenibbli tal-Ewropa tax-Xlokk (SEEIIST) se jkun ibbażat fuq l-istess mudell li ntuża biex iwaqqaf l-Organizzazzjoni Ewropea għar-Riċerka Nukleari (CERN) fl-Isvizzera fl-1954 b’għan primarju li tintuza x-Xjenza għall-Paci.

L-inizjattiva għadha kif ġiet iffirmata minn disa’ stati membri tal-Balkani u ġiet ippreżentata lill-komunità xjentifika f’forum f’Jannar 2018 fi Trieste, l-Italja. L-avveniment kien appoġġjat mill-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, Xjenza u Kultura (UNESCO), l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA), is-Soċjetà Fiżika Ewropea (EPS), iċ-Ċentru Internazzjonali Abdus Salam għall-Fiżika Teoretika (ICTP) u il-Ministeru tax-Xjenza tal-Montenegro.

Aqra aktar

Madwar 90 persuna għerqu wara li nqalbet id-dgħajsa

Huwa mifhum li madwar 90 imigrant għerqu ‘il barra mill-kosta Libjana wara li d-dgħajsa li kienu fuqha nqalbet kmieni llum il-ġimgħa. Jidher li 3 persuni li salvaw inġarru lejn ix-xatt, skond l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Migrazzjoni.

Il-persuni li salvaw qalu li l-persuni abboard kienu fil-maġġoranza taghhom Pakistani li kienu fi triqthom lejn l-Italja. Dan qalitu Olivia Headon lil agenzija tal-aħbarijiet ta’ Geneva.

F’ dawn l-aħħar 4 snin, huwa kkonsidrat li madwar 600,000 persuna għamluha għal-Italja mil-Libja.

Imut Azeglio Vicini, eks kowċ tat-tim nazzjonali Taljan

Miet Azeglio Vicini; il-kowċ magħruf li ta l-hekk imsejħa żminijiet sbieħ  lill-partitarji Taljani. Huwa miet fl-età ta’ 84 sena.

Vicini mexxa t-tim nazzjonali mill-1986 sa l-1991, u mexxihom ukoll għall-istadji tas-semi-finali tal-Kampjonati Ewropej tal-1988 kif ukoll fit-Tazza tad-Dinja ta’ l-1990 – li saret fl-Italja.

Vicini miet it-Tlieta bil-lejl fid-dar tiegħu f’B Brescia, skond rapporti fl-Italja.

Kriżi fl-amministrazzjoni tal-football fl-Italja

Wara ġurnata ta’ diskorsi u votazzjonijiet, il-Federazzjoni Taljan tal-futbol ma’ rnexxiliex teleġġi President għal erbgħa snin li ġejjin. Dan kellhu jieħu post Carlo Tavecchio li ġie mġiegħel jirriżenja wara l-falliment tat-tim nazzjonali.    Kienu tlieta l-kandidati li qed jikkontestaw il-kariga: Cosimo Sibilia, Gabriele Gravina u l-ex player ta’ Roma Damiano Tommasi.

Fl-ewwel tlett votazzjoni, Sibilia ġab punt perċentwali iktar minn Gravina, b’Tomassi it-tielet.  Peress li ħadd ma’ ġab is-65% mitluba fl-Istatut, kien imiss ir-raba votazzjoni bil-kandidat li ġab l-inqas voti: Tomassi jiġi elimat.

Fir-raba votazzjoni ġara dak li kullħadd kien qed ibassar.  Kemm Sibilia u Tommasi qalu lill-votanti tagħhom biex iħallu l-vot vojt, b’hekk Gravina ma jkunx jista jġib il-50% u vot wieħed biex jiġi elett. Fil-fatt huwa ġab biss 39% tal-voti u għalhekk ma ġie elett ġadd.

Issa jidħol fl-azzjoni il-Kumitat Olimpiku Taljan, li fil-15 ta` Frar ser jiltaqa’ biex jappunta Kummissarju interim sakemm terġa’ ssir elezzjoni.  B’hekk il-kriżi tal-futbol fl-Italja tkompli u wara l-eliminazzjoni mill-fażi finali tat-tazza tad-dinja, issa fallew ukoll biex jeleġġu president. Dan ifisser ukoll li id-deċiżjoni sabiex jiġi appuntat kowċ nazzjonali ġdid ser tibqa’ tistenna, u Gigi Di Biagio, il-care taker coach ser jibqa’ fil-kariga.

Żewġ persuni mejta, għexieren imweġġa’ f’inċident ferrovjali

Ferrovija reġjonali nqalgħet minn fuq il-binarji tagħha u b’konsegwenza t’ hekk mietu żewġ persuni u weġġgħu għexieren oħra.

Ħaddiema tat-tifi tan-nar qed jippruvaw joħorġu diversi nies li għadhom maqbuda ġo vagun, bejn l-istazzjonijiet ta’ Treviglio u Pioltello.

Il-ferrovija Ternord kienet fi triqitha lejn Milan minn Cremona. Għadu mhux ċar x’ikkawża l-inċident, li seħħ fis-sebgħa ta’ filgħodu.

Send this to a friend