Italja – Page 2 – One News

Notifiki

Ara x’kienu l-kummenti tal-mexxejja politiċi fl-Italja

Il-Ministru għall-Intern tal-Italja u Kap tal-Lega Nord, Matteo Salvini, għamel sejħa għall-elezzjoni bikrija fl-Italja. Dan wara li qal li d-differenzi li jeżistu fil-koalizzjoni m’hemmx ċans li jkunu solvuti.

Fl-Italja hemm Gvern ta’ koalizzjoni bejn il-Lega Nord u l-moviment Cinque Stelle u fl-aħħar xhur beda jidher iktar ċar li Salvini kien qed jieħu triq għalih.

Tul il-jum tal-ġimgħa Salvini insista għal iktar minn darba li l-Italja għandha biss triq waħda, dik ta’ elezzjoni mill-iktar fis. Aqra aktar

Xufier jagħti n-nar lil xarabank bi tfal tal-iskola abbord fl-Italja

Xufier ta’ xarabank tal-iskola jagħti n-nar il-vettura mimlija bit-tfal tal-iskola fl-Italja. Ir-raġel, li għandu 47 sena u huwa mis-Senegal, ħataf ix-xarabank li kien qed isuq u taha n-nar viċin Milan, bi protest.

Fix-xarabank kien hemm 51 tifel u tifla tal-iskola, u xi għalliema, uħud minnhom marbuta. Dawn kollha ġew salvati u hu mifhum li ma ġarrbux ġrieħi serji, għalkemm madwar 14 minnhom kellhom jingħataw kura għall-ammont ta’ dħaħen li belgħu. Aqra aktar

Sehem Malta kien fundamentali f’investigazzjoni kontra l-ħasil tal-flus fl-Italja

L-Awtoritajiet Maltin ikkoperaw bis-sħiħ f’investigazzjoni dwar ħasil tal-flus minn għaqda tal-krimintalità organizzata fl-Italja li jingħad li qed tmexxi l-industrija tal-logħob tal-azzard b’mod majfuż.

Il-kamra tal-aħbarijiet Taljana Rai News irrappurtat li 68 persuna ġew arrestati, u assi li jammontaw għal aktar minn biljun ewro ttieħdu mill-Italja u pajjiżi oħra. Dan wara li saru tliet investigazzjoni differenti f’Bari, Reggio Calabria, u Catania. Dawn kienu kkordinati mid-Direttorat Nazzjonali ta’ kontra l-Majfa u t-Terroriżmu. Jidher li l-industrija tal-logħob tal-azzard immexxija mis-suspettati taqbeż’ l-erba’ biljun ewro.Aqra aktar

Il-K.E. ma taċċettax il-baġit tal-Italja

Il-Kummissjoni Ewropea m’aċċettatx il-baġit tal-Italja, xi ħaġa li qatt ma ġrat fl-istorja tal-Unjoni Ewropea. Jidher li l-Kummissjoni Ewropea għamlet dan għaliex kienet imħassba bid-dejn li diġà għandu l-pajjiż minkejja li l-Italja hija t-tielet l-akbar ekonomija fiż-żona ewro. Aqra aktar

Send this to a friend