Italja – Page 13 – One News

240 ikkonfermati mejta fl-Italja, fosthom ħafna tfal

Qishom xeni mill-infern ta’ Dante. Iktar minn 240 persuna mietu filwaqt li 368 persuna weġġgħu wara t-terremot fl-Italja. Eluf ta’ ħaddiema tas-salvataġġ komplew ifittxu matul il-lejl għal persuni li setgħu salvaw wara t-terremot li laqat lil Perugia nhar l-Erbgħa.

Ħafna aktarx għadhom taħt it-tifrik, hekk kif iktar minn 4,300 ħaddiem qed jużaw makkinarju kbir u anke idejhom biex jinstabu dawn in-nies.

Il-Ministru tas-Saħħa qal li ħafna mill-vittmi huma tfal, filwaqt li n-numru ta’ mwiet jista jikber.

It-terremot, li kejjel 6.2 fuq l-iskala Richter, seħħ fit-3:36am tal-Erbgħa. L-agħar postijiet milquta kienu bliet żgħar u villaġġi li jinsabu fiż-żona muntanjuża fejn ir-reġjuni Umbria, Lazio u Le Marche jiltaqgħu.

Aqra aktar

Se jivjaġġaw 12-il siegħa matul il-lejl biex jgħinu lit-Taljani

Malta se tkun preżenti fl-operazzjonijiet ta’ salvataġġ wara t-terremot fl-Italja, permezz ta’ SOS Malta Urban Search and Rescue K9 u qabel it-tluq, rappreżentant tal-organizazzjoni, tkellem dwar l-għajnuna li mistennija joffru. John Gera spjega li l-wasla tirrikjedi vjaġġ ta’ 12-il siegħa magħtul il-lejl. Ħadu żewġt’iklieb biex jgħinu fit-tfixxtija.

Aqra aktar

Se jmorru jgħinu fl-Italja

USARK9 tal-SOS Malta se jħalli pajjiżna għall-Italja biex jassisti fl-operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ wara t-terremot li seħħ f’Umbria.
It-tim mistenni jasal l-Italja għada biex jagħti l-għajnuna meħtieġa. Fi stqarrija, SOS Malta qalu li jinsabu grati għall-appoġġ u l-kollaborazzjoni li qed tkun offruta f’din il-missjoni ta’ emerġenza li se tkun l-ewwel waħda tax-xorta tagħha wara li kien stabbilit dan il-Unit fl-2015.
Intant, SOS Malta tinsab f’kuntatt dirett mal-uffiċju internazzjonali Malti biex isegwi dak kollu li jkun għaddej.

AĠĠORNATA: il-mejta fl-Italja jitilgħu għal 60

In-numru ta’ mejta fl-Italja wara t-terremot ta’ dan il-lejl laħaq 60. Dan skont l-aġenzija tal-aħbarijiet BBC.

Madwar 150 oħra huma nieqsa, u għaddejja ħidma sabiex dawn jistabu.  Ħafna mill-mejta kienu f’Accumoli, qrib l-epiċentru tat-terremot, liema belt spiċċat meqruda kważi għall-kollox.

“Qomna bis-sodod jiċċaqalqu, nies iwerżqu, jitolbu għall-għajnuna. Stennejna aħbarijiet mit-televiżjoni biex naraw x’naqbu nagħmlu.”

Aqra aktar

Daqshekk sigaretti fuq il-bajja

X’tagħmel kieku f’Malta tidħol liġi li ma tħallikx tpejjep fuq il-bajjiet?

Din hija battalja kontinwa bejn dawk li jpejpu fl-Italja u l-leġiżlaturi. Dan wara li kien hemm sforzi mmirati speċifikament biex jikkastigaw lil dawk li jpejpu fuq il-bajjiet Taljani.

Aqra aktar

Ajruplan Taljan jispiċċa fit-triq

Ajruplan tal-merkanzija baqa’ dieħel f’kanċell u sab ruħu fit-triq wara li ħareġ mir-runway fl-ajruport internazzjonali Taljan f’Bergamo.

L-ajruport fil-Lombardia kien magħluq temporanjament, wara l-inċident li kien involut fih il-Boeing 737-400, propjetà tal-kumpanija DHL.

Stampi drammatiċi juru kif in-naħa tan-nofs tal-ajruplan spiċċat quddiem il-karozzi li kienu għaddejjin mit-triq.

Aqra aktar

It-Taljani kienu jkunu kburin!

B’€140,000 tlestiet fażi oħra tal-proġett ta’ restawr fil-Berġa tal-Italja fil-Belt Valletta, li kien jinvolvi r-restawr fuq il-faċċata tal-istess Berġa.
Il-bust tal-bronż tal-Granmastru Gregorio Carafa reġa sab postu fuq il-bieb ewlieni tal-Berġa tal-Italja.

Aqra aktar

Send this to a friend