Italja – Page 12 – One News

Notifiki

Lura f’Malta l-volontiera u l-klieb tal-SOS Malta!

Il-volontiera tal-SOS K9 Search and Rescue team jaslu lura f’Malta wara ħidma bla heda li għamlu f’Amatrice l-Italja wara t-terremot li ħakem il-pajjiż ġirien tagħna. Jispikka l-kuraġġ ta’ dawn il-volontiera quddiem xeni ta’ qsiem il-qalb, u s-sodisfazzjoni tal-id ta’ għajnuna li taw f’isem il-Maltin.

Aqra aktar

Biex jerġgħu jinbnew binjiet storiċi wara t-terremot

Mużewijiet pubbliċi fl-Italja qed joffru l-profitti mill-ħlas tad-dħul li jagħmlu fil-Ħdud biex jerġgħu jinbnew il-binjiet storiċi u kulturali li ġġarfu kawża tat-terremot ta’ nhar l-Erbgħa; liema terremot ħasad il-ħajja ta’ 291 persuna.

Kienu ħafna l-knejjes u l-binjiet medjevali li ġġarrfu fl-Italja, meta t-terremot li kejjel 6.2 fuq l-iskala Richter heżżeż il-belt ta’ Amatrice u bliet oħra fir-reġjun ċentrali.

Is-sindku ta’ Amatrice qal li jrid jirrestawra l-belt tiegħu lura għall-glorja tagħha.

Il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi stqarr li huwa kruċjali li ħadd ma jaqta’ qalbu f’dan il-mument.

Numru ta’ vittmi fl-Italja qed jiġu salvati minn klieb eroj

It-terremot tal-Italja, huwa fuq fomm kulħadd iżda ftit huma dawk li jirikonoxxu l-ħidma li għamlu l-kreaturi magħrufin bħala l-ikbar ħabib tal-bniedem. Kienu bosta l-klieb li assistew fit-tfittxija ta’ dawk il-vittmi li għal ħin twil kienu mirdumin taħt it-tifrik li ħalla dan it-terremot, li s’issa ħalla 284 persuna mejta u numru kbir ta’ persuni midruba.

Aqra aktar

Mijiet spiċċaw jgħixu fil-kampijiet

Nies iddisprati għall-ikel u saqaf fuq rashom spiċċaw jgħixu fil-kampijiet. Iktar minn 2,000 Taljan mistennija jkunu sabu kenn f’xi wieħed minn bosta kampijiet armati apposta wara li terremot ħalla ħerba sħiħa b’mod partikolari f’Amatrice. Sa issa kienu ddikjarati mejta 281 persuna u villaġġi sħaħ spiċċaw meqruda.

Aqra aktar

Tal-SOS Malta mitluba jirtiraw: BIŻÀ MINN TERREMOTI OĦRA

Il-volontiera tal-SOS Malta Urban Search and Rescue K9 qed jintalbu jżommu ‘bogħod miz-zona maħkuma mit-terremot fl-Italja. Għaldaqstant, huma jridu jiddeċiedu jekk jiġux lura Malta. Dan minħabba li aktar terremoti mistennija jaħkmu l-Italja. Aktar binjiet mistennija jiġġarfu jew jiċċaqalqu, u l-ikbar interess bħalissa huwa li ma jkunx hemm iktar fatalitajiet u li anke l-ħaddiema ta’ salvataġġ u volontiera ikunu siguri. Dawn il-ħames volontiera telgħu Amatrice flimkien ma’ żewġt’iklieb, sabiex bi qlubija kbira jgħinu lil ġirien Taljani wara t-terremot qawwi li ħataf il-ħajja ta’ mill-inqas 278 persuna.

Tkellimna ma’ wieħed mill-volontiera, John Gera.

Aqra aktar

Għada luttu nazzjonali u funeral statali fl-Italja

Għada l-Italja se tkun f’luttu nazzjonali, b’rispett lejn il-vittmi li tilfu ħajjithom fit-terremot ta’ nhar l-Erbgħa li għadda.

Se jsir funeral statali għall-vittmi li tilfu ħajjithom.Il-funeral se jsir f’ċentru sportiv qrib il-belt Ascoli Piceno.

Għall-funeral mistennija jattendu l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiz.Fosthom il-President tal-Italja Sergio Mattarella u l-Prim Ministru tal-Italja Matteo Renzi. B’rispett lejn il-vittmi , postijiet pubbliċi u bini statali madwar l-istat tal-Italja il-bnadar se jitajru mezzasta.

Ta’ SOS Malta bdew il-ħidma fl-Italja

Il-membri ta’ SOS Malta u l-klieb tal-K9 mill-istess sezzjoni bdew il-ħidma f’Amatrice l-Italja fejn mat-Taljani għaddejin b’ħidma biex isibu l-persuni minn qalb it-tifrik. Sa issa kienu kkonfermati iktar minn 247 persuna mejta u hemm bżonn ilma, ikel u mediċini fost oħrajn. Dan biex ma nsemmux il-ħtieġa li l-postijiet milquta jinbnew mill-ġdid. Għalhekk qed isir appell għad-donazzjonijiet.

Aqra aktar

240 ikkonfermati mejta fl-Italja, fosthom ħafna tfal

Qishom xeni mill-infern ta’ Dante. Iktar minn 240 persuna mietu filwaqt li 368 persuna weġġgħu wara t-terremot fl-Italja. Eluf ta’ ħaddiema tas-salvataġġ komplew ifittxu matul il-lejl għal persuni li setgħu salvaw wara t-terremot li laqat lil Perugia nhar l-Erbgħa.

Ħafna aktarx għadhom taħt it-tifrik, hekk kif iktar minn 4,300 ħaddiem qed jużaw makkinarju kbir u anke idejhom biex jinstabu dawn in-nies.

Il-Ministru tas-Saħħa qal li ħafna mill-vittmi huma tfal, filwaqt li n-numru ta’ mwiet jista jikber.

It-terremot, li kejjel 6.2 fuq l-iskala Richter, seħħ fit-3:36am tal-Erbgħa. L-agħar postijiet milquta kienu bliet żgħar u villaġġi li jinsabu fiż-żona muntanjuża fejn ir-reġjuni Umbria, Lazio u Le Marche jiltaqgħu.

Aqra aktar

Send this to a friend