Italja – Page 10 – One News

Notifiki

€78,000 għal koppja Maltija

Il-Qorti Maltija ordnat kumpens ta’ kważi €78,000 lil koppja Maltija wara li dawn kienu involuti f’inċident bil-mutur fl-Italja.

Il-koppja, Joseph u Joan Mary Grixti kienu qed isuqu fi Scarperia meta Taljan li kien qed isuq vann baqa’ dieħel fihom.

Aqra aktar

Tgħid din Madeline McCann?

Tfajla misterjuża li għandha aċċent Brittaniku għadha kif intlemħet iddur it-toroq ta’ Ruma. It-tfajla misterjuża li aktarx bejn it-tlettax u dsatax-il sena, ġibdet l-attenzjoni ta’ bosta Taljani dan minħabba l-manjieri li għandha u kif ukoll minħabba li ma tafx il-lingwa Taljana.

Persuni sostnew li din it-tfajla bl-ebda mod ma tkun trid taċċetta flus bħala donazzjoni u tirrispondi għal kull mistoqsija bl-Ingliż. Kienu diversi li kkummentaw fuq il-midja soċjali fejn qalu li din it-tfajla tixbaħ lil diversi bniet li sparixxew bejn is-sena 2007 u s-sena 2008. Fosthom kien hemm Amda Adlai li nħatfet minn Michigan fl-2008, Maria-Brigitte Henselmann li sparixxiet il-Ġermanjafl-2008 u kif ukoll Madeleine McCann li sparixxiet fl-2007.

Aqra aktar

Jekk l-omm Borg u l-missier Vella, it-tifel x’jiġi?

Il-Qorti Kostituzzjonali Taljana iddeċidiet kontra leġiżlazzjoni li awtomatikament tagħti lit-tfal ta’ koppji miżżewġa kunjom il-missier.

Avukati argumentaw li meta familji jkunu mwaqqfa milli jagħtu lit-tfal kunjom ommhom, din tfisser diskriminazzjoni kontra n-nisa.

Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (ECHR) kienet ikkundannat din il-leġiżlazzjoni – li tmur lura għal żmien ir-Rumani – u ordnat lill-Italja biex tibdilha.

Difensuri faħħru din id-deċiżjoni u talbu lill-Parlament japprovaha.

Aqra aktar

BIL-KUMMENT: Maltin fl-Italja waqt li seħħ it-terremot

Jesmond Borg huwa Malti li fil-ħin tat-terremot fl-Italja dalgħodu kien jinsab Terni, l-Italja.Fil-kummenti tiegħu ma one.com.mt huwa qal li ħass it-terremot sew, bil-bini “jiċċaċlaq” u stqarr li meta ħarġu barra mill-lukanda fuq wiċċ ir-residenti setgħu jaraw il-biża ta’ terremot devastanti ieħor.
Aqra aktar

Tinħass theżżiża f’Malta…. terremot ieħor fl-Italja

Theżżiża li seħħet 150km Lvant tal-kosta Maltija nqabdet mill-apparat tal-Universitá ta’ Malta. Din it-theżżiża kejlet 4.5 fuq l-iskala Richter.
Aktar kmieni dalgħodu, Terremot qawwi heżżeż Norcia fiċ-ċentru tal-Italja, u qered diversi binjiet. It-theżżiżiet seħħew kważi xahrejn wara li terremot kbir ħasad il-ħajja ta’ tlett mitt persuna u qered diversi bliet.

“Il-bini tagħna beda jiċċaqlaq”- Malti f’Ruma

Lawrence Attard huwa Malti li fil-ħin tat-terremot fl-Italja lbieraħ kien jinsab Ruma. Permezz tas-sit soċjai Facebook huwa qal li ħass it-terremot sew, bil-bini “jiċċaċlaq” għal xi mumenti.

Fil-ħin li kiteb, it-terremot kien għadu kemm seħħ, bl-ewwel ħsieb tiegħu tkun it-tama li ma kienx hemm persuni mejta. B’xorti tajba l-awtoritajiet Taljani kkonfermaw li ma kienx hemm telf ta’ ħajja, madanakollu l-biża’ tibqa’ reali ħafna, speċjalment wara li mietu mijjiet f’Awwissu li għadda.

Aqra aktar

Send this to a friend