Italja | One News

Salvini jibda bil-kampanja tiegħu

L-Ewropa trid iċċedi. L-Italja se tibda tiddeċiedi l-futur tagħha hi.”

Kliem il-kap tal-Lega Nord Matteo Salvini fuq Twitter, meta s-Sibt filgħodu beda jfittex l-appoġġ tat-Taljani bl-għajta Prima gli Italiana. – “It-taljani l-Ewwel.”Aqra aktar

Ara x’kienu l-kummenti tal-mexxejja politiċi fl-Italja

Il-Ministru għall-Intern tal-Italja u Kap tal-Lega Nord, Matteo Salvini, għamel sejħa għall-elezzjoni bikrija fl-Italja. Dan wara li qal li d-differenzi li jeżistu fil-koalizzjoni m’hemmx ċans li jkunu solvuti.

Fl-Italja hemm Gvern ta’ koalizzjoni bejn il-Lega Nord u l-moviment Cinque Stelle u fl-aħħar xhur beda jidher iktar ċar li Salvini kien qed jieħu triq għalih.

Tul il-jum tal-ġimgħa Salvini insista għal iktar minn darba li l-Italja għandha biss triq waħda, dik ta’ elezzjoni mill-iktar fis. Aqra aktar

Xufier jagħti n-nar lil xarabank bi tfal tal-iskola abbord fl-Italja

Xufier ta’ xarabank tal-iskola jagħti n-nar il-vettura mimlija bit-tfal tal-iskola fl-Italja. Ir-raġel, li għandu 47 sena u huwa mis-Senegal, ħataf ix-xarabank li kien qed isuq u taha n-nar viċin Milan, bi protest.

Fix-xarabank kien hemm 51 tifel u tifla tal-iskola, u xi għalliema, uħud minnhom marbuta. Dawn kollha ġew salvati u hu mifhum li ma ġarrbux ġrieħi serji, għalkemm madwar 14 minnhom kellhom jingħataw kura għall-ammont ta’ dħaħen li belgħu. Aqra aktar

Send this to a friend