ISTRINA – Page 2 – One News

Notifiki

Paul Bailey bl-ogħla ċertifikazzjoni ta’ sewqan

Paul Bailey, ix-xufier li kien qed isuq il-karozza Porsche Spider f’Paqpaqli ghall-Istrina tal-elfejn u ħmistax, kellu l-liċenzji kollha meħtieġa biex isuq il-karozza.

Dan qalu fil-qorti, uffiċjal tal-Assoċjazzjoni sportiva tal-muturi tar-Renju Unit b’rabta mal-każ ta’ Paqpaqli li ħalla tlieta u għoxrin persuna midruba.

Aqra aktar

Ħmar il-lejl għall-familja Grech li beda waqt Paqpaqli 2015

Ħmar il-lejl li beda fl-4 ta’ Ottubru 2015 u li għadu sejjer sa llum. Il-familja Grech għadha għaddejja minn martirju wara l-inċident ta’ Paqpaqli għall-Istrina il seħħ sentejn ilu. L-avukat Michael Grech fil-Qorti rrakkonta kif kien illarga minn ħdejn martu u bintu fil-ħin li seħħ l-inċident. Wara l-ħoss qawwi ta’ brejkijiet u paniku, sab lil bintu ta’ sitt snin f’għadira demm, mitlufa mis-sensi, u martu mal-art ukoll, kollha dmija. Mument diffiċli mmens kien meta kellu jitlaq lil martu f’dak l-istat biex jassisti lil bintu fl-ambulanza.

Sa llum, għad hemm kumplikazzjonijiet kbiar. It-tifla għandha mobbiltà limitata u l-omm f’riskju li titlef sieq, u tuża s-siġġu tar-roti.

Waqt ix-xhieda fil-Qorti, l-ispettur Silvio Magro, wieħed milli mexxa l-investigazzjoni wara l-inċident, qal li attendiet l-ispettur Louise Calleja minfloku għal laqgħa tal-kumitat qabel l-avveniment. Din qaltlu li ntqal li kienu se jkunu segwiti l-prassi ta’ snin ta’ qabel, bil-Pulizija tieħu ħsieb il-folla u t-traffiku. L-ispettur ma setax iwieġeb jekk kienx hemm uffiċjali inkarigati mis-saħħa u s-sigurtà waqt il-laqgħa.

 

Inġabru aktar minn €7,500,000 fi ftit jiem

Kemm –il darba smajna l-frażi ‘il-poplu malti huwa poplu b’qalb kbira’ u dan jissaħħaħ meta naraw li f’maratoni li jiġbru l-flus għal min hu fil-bżonn, bħall-famuża l-Istrina li kellna m’ilux, kull darba qed naqbżu r-rekord. Iżda, fil-verita, dawn il-figuri huma biżżejjed biex nikkonfermaw kemm għandna qalbna tajba?

Aqra aktar

€100,000 mill-istudenti għall-Istrina

Il-Kampanja l-Istrina BOV Piggy Bank saret sinonima ma’ din il-maratona annwali ta’ ġbir ta ‘fondi. Din hija it 13-il sena konsekuttiva li fiha piggy-banks ġew imqassma fl-iskejjel kollha primarji u sekondarji f’Malta u Għawdex.

Minn din il-kampanja nġabru €100,000, liema fondi nġabru mill-kampanja l-Istrina BOV Piggy Bank u li mbagħad ġew rdopjjati mill-Bank.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: JINTLAĦQU ŻEWĠ MILJUNI

18:18: Grazzi għal bosta persuni inkluż diversi negozji żgħar b’qalb kbira, s’issa intlaħqu ŻEWĠ MILJUNI.

Għal kull min jixtieq jagħti donazzjoni jista’ billi jċempel fuq 5170 2011 għal donazzjoni ta’ €15 jew 51802012 għal donazzjoni ta’ €25 jew b’messaġġ mill-mowbajl fuq 5061 8918 għad-donazzjoni ta’ €6.99.

Aktar Qabel: Fix-xandira diretta tal-Istrina, li bdiet kważi erba’ sigħat ilu, intlaħaq l-ewwel MILJUN b’bosta persuni u kumpaniji jċemplu u saħansitra jmorru jagħtu d-donazzjoni tagħhom.

L-appell ikompli biex il-pubbliku jkompli jċempel u joffri d-donazzjoni tiegħu.

 

 

Il-ġrajja kiefra taċ-ċkejken Quevin

Fil-jiem tal-Milied fid-dar tirrenja l-atmosfera ta’ ferħ madankollu familja ta’ tifel ċkejken f’kull milied tibqa’ tiftakar fi ġrajja kiefra li laħqet il-qofol tagħha fi żmien il-Milied. Iltqajna mal-familja Ellul li laqgħuna fil- dar tagħhom fejn sirna nafu l-istorja tagħhom u taċ-ċkejken Quevin.

Aqra aktar

L-Istrina aktar teknoloġika, b’app ġdid u xejn inqas minn 90 voluntier mill-MITA

Tnediet  app tal-Malta Community Chest Fund (MCCF) immirata biex iżżomm lin-nies aġġornati bl-avvenimenti kollha li jsiru b’risq il-fond.
Wayne Zammit, senior solutions architect, qal kif mill apps issa se tkun tista’  idaħħal l-avvenimenti tal-MCCF fil-kalendarju tal-mobile. Bl-app ukoll, se tkun tista’ tara l-għajnijiet tal-MCCF u tifhem aħjar il-viżjoni tagħha. Jekk trid ukoll, tista’ tissieħeb bħala volontarju fi ħdan l-MCCF permezz tal-app.

Send this to a friend